Language of document : ECLI:EU:T:2021:512


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2021 –
Jakeliūnas vs ESMA

(Kawża T760/20)

“Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni – Rifjut tal-President tal-ESMA – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Talba għal ordni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni inekwivokabbli tat-talbiet tar-rikorrent

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 21 u 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76)

(ara l-punt 16)

2.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Atti intiżi li joħolqu effetti legali – Kunċett – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 24)

3.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Rifjut tal-president tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) li jiftah investigazzjoni dwar allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1095/2010, Artikoli 17(2) u 22(4), u Nru 2019/2175; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

(ara l-punti 25, 29 sa 33)

4.      Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati – Ommissjoni allegata ta’ adozzjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ta’ att li jista’ jiġi kkontestat permezz ta’ rikors għal annullament – Esklużjoni – Talbiet intiżi għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas tal-ESMA – Inammissibbiltà

(Artikoli 263 u 265 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1095/2010, Artikoli 17 u 22(4))

(ara l-punti 37 sa 39)

5.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 40)

Suġġett

Essenzjalment, minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 265 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni li l-ESMA naqset illegalment milli tiftaħ investigazzjoni għal ksur tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Volum 4, p. 367) u min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-President tal-AETS tal-20 ta’ Ottubru 2020 li tirrifjuta l-ftuħ tal-investigazzjoni msemmija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stasys Jakeliūnas huwa kkundannat għall-ispejjeż.