Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 – Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)

(Kawża T-581/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Royal Country of Berkshire Polo Club (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Maitland-Walker, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Lulju 2013 mogħtija fil-Każ R 1374/2012-2;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Royal County of Berkshire POLO CLUB” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 642 621Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Komunitarja Nri 8 456 469, 5 482 484, 532 895 u 364 257Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalmentMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.