Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2013 – Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/13 R) 1

(Proċedura għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id-‘Djar tal-Unjoni Ewropea’ f’Ruma u Milano – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Istituto di Vigilanza dell’Urbe SpA (Rome, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u L. Cappelletti, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti adottata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2013 dwar il-kuntratt pubbliku relatat mas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan “Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u f’Milano (l-Italja).DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.