Language of document : ECLI:EU:T:2013:674





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2013 — Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑579/13 R)

“Proċedura għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id-‘Djar tal-Unjoni Ewropea’ f’Ruma u Milano — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali — Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 6-8)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c) u 104(3)) (ara l-punti 9, 10)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji ddettaljati — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12, 13)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Dannu li jista’ jwassal għal kumpens sħiħ fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali jew ta’ rikors għad-danni — Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 16)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti adottata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2013 dwar il-kuntratt pubbliku relatat mas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan “Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u f’Milano (l-Italja).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.