Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2015 – Istituto di vigilanza dell’urbe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/13)1

(“Rikors għal annullament u għad-danni – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Istituto di vigilanza dell’urbe SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrent fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt ippubblikat fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2013/S 101-172120) u li tagħti l-lott Nru 1 dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza lil offerent ieħor, kif ukoll kull att preċedenti, konness jew sussegwenti, inkluż il-kuntratt konkluż mal-offerent magħżul, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu subit minħabba l-għoti tal-kuntratt lill-offerent magħżul.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. L-Istituto di vigilanza dell’urbe SpA għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inluż dawk li jirrigwardaw il-proċedura għal miżuri provviżorji, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.