Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)

(Kawża T-581/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Royal County of Berkshire POLO CLUB – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti BEVERLY HILLS POLO CLUB – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Royal County of Berkshire Polo Club Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Maitland-Walker, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Russo, avukat)SuġġettRikors ippreżentat mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lifestyle Equities CV u Royal County of Berkshire Polo Club Ltd.DispożittivId-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012-2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9642621 għall-prodotti “frosti, sarġ, oġġetti magħmulin mis

-sarràġ”

.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.