Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2015 – Real Express vs UASI – MIP Metro (real)

(Kawża T-580/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva real – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Real u Real mark – Ċaħda tal-oppożizzjoni – Regola 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Real Express Srl (ir-Rumanija) (rappreżentant: C. Anitoae, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)SuġġettRikora ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1519/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Real Express SRL u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.Real Express SRL hija kkundannata għall-ispejjeż.