Language of document : ECLI:EU:T:2015:192





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 –

Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)

(Kawża T‑581/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Royal County of Berkshire POLO CLUB – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti BEVERLY HILLS POLO CLUB – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel frażi tal-Artikolu 75) (ara l-punti 19, 20, 23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29, 74)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 36)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39-41)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi Royal County of Berkshire POLO CLUB u BEVERLY HILLS POLO CLUB (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 72, 73, 78, 79, 82-85)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 80)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lifestyle Equities CV u Royal County of Berkshire Polo Club Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012‑2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9642621 għall-prodotti “frosti, sarġ, oġġetti magħmulin mis-sarràġ”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.