Language of document : ECLI:EU:T:2015:245





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ April 2015 –

Real Express vs UASI – MIP Metro (real)

(Kawża T‑580/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva real – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Real u Real mark – Ċaħda tal-oppożizzjoni – Regola 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95”

Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ), 130(1) u 132(1)) (ara l-punti 30, 31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1519/2012‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Real Express SRL u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

2)

Real Express SRL hija kkundannata għall-ispejjeż.