Language of document : ECLI:EU:T:2015:518





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 —
Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Recticel (λ)

(Kawża T‑215/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva λ — Użu ġenwin — Użu bħala parti minn trade mark kumplessa — Prova tal-użu — Artikolu 15 u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punti 21-24, 31-33)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Trade mark użata unikament bħala parti minn trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punti 30, 59)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Trade mark figurattiva λ (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 41, 42, 48, 56-60)

5.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Proċedimenti ta’ revoka — Fatti u provi mhux ippreżentati fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 51(1)(a), 57(1), u 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 40(5)) (ara l-punti 63-67, 69)

6.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà — Motivi indirizzati unikament kontra d-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(1)) (ara l-punt 77)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 112/2012‑5), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Recticel SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.