Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2011 - Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar)

(Kawża T-50/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Novembru 2010, fil-Każ R 1316/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrapreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar, għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18, 24 u 25.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, inkwantu t-trade mark inkwistjoni għandha karattru distintiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tal-istess regolament, inkwantu l-Bord tal-Appell ma eżaminax id-diversi argumenti ta' fatt u ta' dritt tar-rikorrenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. ).