Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-9 ta' Ġunju 2011 - Ministero dell'Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate vs Elsacom NV

(Kawża C-294/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell'Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Elsacom NV

Domanda preliminari

It-terminu ta' sitt xhur wara l-iskadenza tas-sena kalendarja li matulha t-taxxa saret dovuta, previst fl-aħħar sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE 1, tas-6 ta' Diċembru 1979, għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud min-naħa tal-persuni taxxabbli mhux residenti ġewwa l-pajjiż, huwa terminu ta' dekadenza, jiġifieri, huwa previst taħt piena ta' dekadenza mid-dritt għar-rimbors?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79