Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2024 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-19/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Fodda, B. Travard u S. Royon, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/411/23, Amministraturi (AD 7) fl-oqsma tal-ispetturi ta’ salvagwardji nukleari u tal-uffiċjali tal-politika fil-qasam tal-enerġija nukleari;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-555/22, Franza vs Il-Kummissjoni.
____________