Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Chalk vs UASI - Reformed Spirits Company Holdings (CRAIC)

(Kawża T-83/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali CRAIC - Ċessjonijiet - Reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark - Revoka - Artikoli 16, 17, 23 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 16, 17, 23 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] u r-Regola 31 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: David Chalk (Canterbury, Kent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: W. James, M. Gilbert, C. Balme, solicitors, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reformed Spirits Company Holdings Ltd (Saint Helier, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Morcom, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta' Novembru 2008 (Każ R 1888/2007-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta' trade mark Komunitarja wara ċessjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

David Chalk huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Reformed Spirits Company Holdings Ltd għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.2009.