Language of document : ECLI:EU:T:2007:272





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Philip Morris Products vs UASI (Forma ta’ pakkett ta’ sigaretti)

(Kawża T-140/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ pakkett tas-sigaretti – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26-27)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell ta’ l-UASI ta’ l-24 ta’ Frar 2006 (Każ R 0075/2005-4) rigward ir-reġistrazzjoni tal-forma ta’ pakkett ta’ sigaretti bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Philip Morris Products SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta pakkett ta’ sigaretti għal prodotti fil-klassi 34 – applikazzjoni Nru 2681351

Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Philip Morris Products SA hija kkundannata għall-ispejjeż.