Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - Philips Morris Products vs L-UASI (Forma ta' pakkett tas-sigaretti)

(Kawża T-140/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' pakkett tas-sigaretti - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Products, SA (Neuchâtel, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. van Innis u C. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Rassat, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-UASI ta' l-24 ta' Frar 2006 (kawża R 0075/2005-4) rigward ir-reġistrazzjoni tal-forma ta' pakkett tas-sigaretti bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Philip Morris Products SA għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 165, 15.7.2006.