Language of document : ECLI:EU:T:2005:283

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Ir-Raba’ Awla)

13 ta’ Lulju 2005(*)

“Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Banana – Skema ta’ importazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Kwantifikazzjoni tad-danni”

Fil-kawża T-260/97,

Camar Srl, stabbilita f'Firenze (l-Italja), irrappreżentata minn W. Viscardini Donà, M. Paolin u S. Donà, avocats, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti,

vs

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, inizjalment irrappreżentat minn J. P. Hix u A. Tanca, wara minn J. P. Hix u F. Ruggeri Laderchi, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

u

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, inizjalment irrappreżentata minn H. van Vliet, wara minn C. Van der Hauwaert u L. Visaggio, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avocat, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuti,

sostnuti minn

Ir-Repubblika ta’ Franza, irrappreżentata minn K. Rispal-Bellanger u C. Vasak, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

intervenjenti,

li għandha bħala s-suġġett il-kwantifikazzjoni tad-danni li l-Kummissjoni ġiet ordnata tikkumpensa lir-rikorrenti wara l-annullament, fis-sentenza interlokutorja tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2000 Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T‑79/96, T‑260/97 u T‑117/98, Ġabra p. II‑2193), tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 1997, li ċaћdet it-talba gћal miżuri tranżitorji mressqa mir-rikorrenti skond l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93, tat-13 ta’ Frar 1993, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (ĠU L 47, p. 1),

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (Ir-Raba’ Awla),

komposta minn H. Legal, President, P. Mengozzi u I. Wiszniewska-Białecka, Imħallfin,

Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta’ l-24 ta’ Frar 2005,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Il-kuntest ġuridiku

1        Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93, tat-13 ta’ Frar 1993, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (ĠU L 47, p. 1), issostitwixxa d-diversi skemi nazzjonali preċedenti bi skema komuni ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Dan ir-regolament kien jipprovdi, fil-verżjoni li kienet fis-seћћ meta ġraw il-fatti li wasslu għall-kawża preżenti, għall-introduzzjoni tal-kwoti tat-tariffi annwali gћall-importazzjonijiet ta’ banana li toriġina minn pajjiżi terzi u mill-pajjiżi ta’ l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-AKP). L-Artikolu 15, li sar l-Artikolu 15a wara l-emendi introdotti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti tranżitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implementat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali (ĠU L 349, p. 105), ћoloq distinzjoni bejn il-banana magћrufa “banana tradizzjonali ta’ l-AKP” u dik magћrufa bћala “banana li mhux tradizzjonali ta’ l-AKP”, skond jekk kinux jagћmlu parti jew le mill-kwantitajiet, kif stabbiliti fl-Anness tar-Regolament Nru 404/93, esportati tradizzjonalment mill-Istati ta’ l-AKP lejn il-Komunità.

2        L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 404/93 jipprovdi li l-importazzjonijiet kollha tal-banana fil-Komunità kienu suġġetti gћall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ importazzjoni.

3        L-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3290/94, jippreċiża li, gћall-importazzjonijiet ta’ banana minn pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi ta’ l-AKP (aktar ’il quddiem: il-“banana minn pajjiżi terzi”) u ta’ banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP, kienet miftuħa kwota tat-tariffi ta’ 2.1 miljun tunnellata (piż nett) gћas-sena 1994 u ta’ 2.2 miljun tunnellata (piż nett) gћas-snin ta’ wara. Fil-kuntest ta’ din il-kwota tat-tariffi, l-importazzjonijiet ta’ banana minn pajjiżi terzi kienu suġġetti gћall-ћlas ta’ dazju ta’ ECU 75 għal kull tunnellata, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP ma kinux suġġetti għal dazju fuq l-importazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 18(2) jipprovdi li l-importazzjonijiet li saru barra l-kwota tat-tariffi, irrispettivament minn jekk kinux importazzjonijiet mhux tradizzjonali ġejjin mill-pajjiżi ta’ l-AKP jew minn pajjiżi terzi, kienu suġġetti gћal dazju kkalkulat abbażi tat-tariffa doganali komuni.

4        L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 404/93 qasam il-kwota tat-tariffi li kienet infetћet, billi alloka 66.5% gћall-kategorija ta’ operaturi li kienu kkummerċjalizzaw il-banana minn pajjiżi terzi u/jew il-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP (il-kategorija A), 30% gћall-kategorija ta’ operaturi li kienu kkummerċjalizzaw il-banana tal-Komunità u/jew il-banana tradizzjonali ta’ l-AKP (il-kategorija B) u 3.5% gћall-kategorija ta’ operaturi stabbiliti fil-Komunità li, mill-1992, kienu bdew jikkummerċjalizzaw tipi ta’ banana differenti mill-banana tal-Komunità u/jew tradizzjonali ta’ l-AKP (il-kategorija Ċ).

5        Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 404/93, gћat-tieni nofs ta’ l-1993 kull operatur kellu jingħata liċenzji ta’ importazzjoni abbażi tan-nofs tal-kwantità medja annwali kkummerċjalizzata bejn is-snin 1989 u 1991.

6        L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93 jipprovdi li:

“Jekk ikunu meħtieġa miżuri speċifiċi wara Lulju 1993 sabiex jassistu t-tranżizzjoni mill-arranġamenti eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament u, b’mod partikolari sabiex jegħlbu d-diffikultajiet ta’ natura sensittiva, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri tranżitorji li tħoss li huma meħtieġa filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27”.

7        L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 404/93 stabbilixxa l-proċedura msejћa “tal-Kumitat ta’ Ġestjoni”. L-Artikolu 20 ta’ l-istess Regolament jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadotta regoli dettaljati sabiex timplementa l-arranġamenti gћan-negozju ma’ pajjiżi terzi skond din il-proċedura.

8        Ir-regoli dettaljati sabiex jiġu implementati l-arranġamenti gћan-negozju ma’ pajjiżi terzi kienu ġew stabbiliti, fiż-żmien li seћћew il-fatti li wasslu għall-kawża preżenti, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1442/93, ta’ l-10 ta’ Ġunju 1993, dwar ir-regoli dettaljati sabiex tiġi implementata skema ta’ importazzjonijiet ta’ banana fil-Komunità (ĠU L 142, paġ. 6). Skond l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-regolament, il-qsim tal-kwota tat-tariffi bejn l-operaturi tal-kategorija A (66.5%) kellu jsir abbażi tal-kwantitajiet ta’ banana minn pajjiżi terzi jew tal-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP ikkummerċjalizzati matul it-tliet snin ta’ qabel is-sena li ġiet qabel dik li fiha kienet infetћet il-kwota tat-tariffi. Il-qsim tal-kwota tat-tariffi bejn l-operaturi tal-kategorija B (30%) kien sar abbażi tal-kwantitajiet ta’ banana tal-Komunità jew dik tradizzjonali ta’ l-AKP ikkummerċjalizzati matul il-perijodu ta' referenza stabbilit bl-istess mod bħalma kien stabbilit gћall-kategorija A.

9        Bis-saћћa tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 404/93, kif ukoll ta’ l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 1442/93, kull sena l-perijodu ta’ referenza kellu jiġi spostat b’sena. Gћalhekk, jekk gћall-importazzjonijiet li kellhom isiru fl-1993 il-perijodu ta' referenza kien jinkludi s-snin 1989, 1990 u 1991, għal dawk li kellhom isiru fl-1997 u fl-1998 kien jinkludi, rispettivament, is-snin 1993, 1994 u 1995 u s-snin 1994, 1995 u 1996.

10      Barra minn hekk, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1442/93, l-operaturi tal-kategoriji A jew B setgћu, matul il-perijodu li matulu kienu validi l-liċenzji ta’ importazzjoni li nћarġulhom f’dik il-kwalità, jittrasferixxu d-drittijiet tagћhom stabbiliti f’dawn il-liċenzji lil operaturi tal-kategorija A, B jew Ċ.

11      L-iskema stabbilita bir-Regolament Nru 404/93 u bir-Regolament Nru 1442/93 hija aktar ’il quddiem imsejћa “l-iskema ta’ l-1993”.

12      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1637/98, ta’ l-20 ta’ Lulju 1998, li jemenda r-Regolament Nru 404/93 (ĠU L 210, p. 28), applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1999, irrevoka l-Artikolu 15a u emenda l-Artikoli 16 sa 20 tar-Regolament Nru 404/93.

13      L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1637/98, fetaћ, flimkien mal-kwota tat-tariffi ta’ 2.2 miljun tunnellata, ikkonsolidata fil-kuntest ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (Nru 1), kwota tat-tariffi supplementari gћall-importazzjonijiet ta’ banana minn pajjiżi terzi u ta’ banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP (Nru 2).

14      L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1637/98, jipprovdi li minn hemm ’il quddiem “il-kwoti tat-tariffi indikati fl-Artikolu 18(1) u (2) u l-importazzjoni ta’ banana tradizzjonali [ta’ l-]AKP għandhom jiġu amministrati b’mod konformi mal-metodu bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-flussi tradizzjonali tal-kummerċ ([metodu magћruf bћala] 'dawk tradizzjonali/dawk reċenti')”.

15      L-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1637/98, jagћti s-setgћa lill-Kummissjoni sabiex tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema l-ġdida ta’ importazzjoni, li kellhom jinkludu, b’mod partikolari, skond l-Artikolu 20(d) ta' l-istess regolament, “kull dispożizzjoni speċifika meħtieġa biex tħaffef il-bidla mill-arranġamenti ta’ l-importazzjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 1993 għall-arranġamenti preżenti ta’ dan it-Titolu”.

16      Bis-saћћa ta’ l-Artikolu 20, il-Kumissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 2362/98, tat-28 ta’ Ottubru 1998, li jistabbilixxi regoli dettaljati gћall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 404/93 fir-rigward ta' l-iskema ta’ importazzjoni ta’ banana fil-Komunità (ĠU L 293, p. 32), li ssotitwixxa, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1999, ir-Regolament Nru 1442/93.

17      L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2362/98 jiddefinixxi lill-operaturi tradizzjonali skond it-termini li ġejjin:

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, 'operatur tradizzjonali' ifisser l-aġent ekonomiku, stabbilit fil-Komunità, matul il-perijodu li jiddetermina l-kwantità ta’ referenza tiegћu, kif ukoll, meta ssir ir-reġistrazzjoni tiegћu taħt l-Artikolu 5 li, attwalment jimporta, f’ismu stess, matul perijodu ta' referenza, kwantità minima ta’ banana li toriġina minn Stati terzi u/jew minn Stati ta’ l-AKP sabiex imbagћad jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq tal-Komunità”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

18      L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2362/98 jipprovdi: “[k]ull operatur tradizzjonali, irreġistrat fi Stat Membru skond l-Artikolu 5, għandu jikseb, għal kull sena u fir-rigward ta’ l-oriġini kollha msemmija fl-Anness I [il-pajjiżi terzi u l-Istati ta’ l-AKP], kwantità ta' referenza unika determinata abbażi tal-kwantitajiet ta’ banana li jkun attwalment importa matul il-perijodu ta’ referenza”. L-Artikolu 4(2) jippreċiża li, gћall-importazzjonijiet li kellhom isiru fl-1999 fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali, il-perijodu ta’ referenza kien kostitwit mis-snin 1994, 1995 u 1996. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

19      L-iskema stabbilita bl-emendi introdotti bir-Regolament Nru 1637/98 u bir-Regolament Nru 2362/98 hija aktar ’il quddiem imsejћa “l-iskema ta’ l-1999”.

20      Fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, ir-rikors gћall-kwantitajiet ta’ referenza nnotifikati lill-operaturi tradizzjonali gћas-sena 1999 ġie sussegwentement ikkonfermat, sat-30 ta’ Ġunju 2001, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/1999, tas-27 ta’ Ottubru 1999, dwar l-importazzjonijiet ta’ banana fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP gћall-ewwel kwart tas-sena 2000 (ĠU L 277, p. 10), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2000, ta’ l-1 ta’ Frar 2000, dwar l-importazzjonijiet ta’ banana fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP u li jistabbilixxi l-kwantitajiet indikattivi gћat-tieni kwart tas-sena 2000 (ĠU L 26, p. 6), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jistabbilixxi ċerti kwantitajiet indikattivi u ammonti individwali massimi gћall-gћoti ta’ liċenzji gћall-importazzjonijiet ta’ banana fil-Komunità gћat-tielet kwart tas-sena 2000 fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-kwantità ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP (ĠU L 121, p. 4), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1637/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi l-kwantitajiet gћall-importazzjonijiet ta’ banana fil-Komunità gћar-raba’ kwart tas-sena 2000 fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-kwantità ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP (ĠU L 187, p. 36), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2599/2000, tat-28 ta’ Novembru 2000, li jistabbilixxi ċerti kwantitajiet indikattivi u ammonti individwali massimi gћall-gћoti ta’ liċenzji gћall-importazzjonijiet ta’ banana fil-Komunità gћall-ewwel kwart tas-sena 2001 fil-kuntesti tal-kwoti tat-tariffi u tal-kwantità ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP (ĠU L 300, p. 8), u fl-aћћar nett bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 395/2001, tas-27 ta’ Frar 2001, li jistabbilixxi ċerti kwantitajiet indikattivi u ammonti individwali massimi gћall-gћoti ta’ liċenzji gћall-importazzjonijiet ta’ banana fil-Komunità gћat-tieni kwart tas-sena 2001 fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffa u tal-kwantità ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP (ĠU L 58, p. 11).

21      L-iskema ta’ importazzjonijiet ta’ banana fil-Komunità ġiet sussegwentament emendata, mill-1 ta’ Lulju 2001, bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 216/2001, tad-29 ta’ Jannar 2001, li jemenda r-Regolament Nru 404/93 (ĠU L 31, p. 2), b’mod partikolari bl-Artikoli 16‑20 ta’ dan ta’ l-aћћar, kif ukoll bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2001, tas-7 ta’ Mejju 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 404/93 rigward l-arranġamenti gћall-importazzjonijiet tal-banana fil-Komunità (ĠU L 126, p. 6). L-iskema stabbilita bl-emendi introdotti bir-Regolament Nru 216/2001 u bir-Regolament Nru 896/2001 hija msejћa aktar ’il quddiem “l-iskema ta’ l-2001”.

 Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

22      Permezz tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T‑79/96, T‑260/97 u T‑117/98, Ġabra p. II‑2193; aktar ’il quddiem is-“sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000”), mogћtija, b'mod partikolari, fil-kawża preżenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 1997, li ċaћdet it-talba mressqa mir-rikorrenti skond l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93, u ordnat lill-Kummissjoni tagћmel tajjeb gћad-dannu soffert mir-rikorrenti minћabba din id-deċiżjoni.

23      Il-Qorti tal-Prim'Istanza ordnat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex iћallsu, rispettivament, 90 u 10% ta’ l-ispejjeż tal-kawża T‑260/97 u lir-Repubblika ta’ Franza, bћala l-intervenjenti, sabiex tћallas l-ispejjeż tagћha.

24      Skond il-punt 5 tal-parti dispożittiva tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, il-partijiet kellhom jikkomunikaw lill-Qorti tal-Prim'Istanza, f'terminu ta' sitt xhur mill-gћoti tas-sentenza, l-ammonti li gћandhom jitћallsu, stabbiliti skond ftehim komuni, jew inkella, fin-nuqqas ta’ dan il-ftehim, jippreżentaw lill-Qorti tal-Prim'Istanza, fl-istess perijodu ta’ żmien, it-talbiet kwantifikati tagћhom.

25      B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-17 ta’ Awwissu 2000, il-Kummissjoni ressqet appell kontra s-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 (Kawża C‑312/00 P).

26      B'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 77(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, din ta’ l-aћћar iddeċidiet, permezz ta' digriet tas-7 ta’ Frar 2001, li tissospendi l-proċeduri fil-kawża T‑260/97 sakemm tinqata’ s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C‑312/00 P.

27      Permezz tas-sentenza ta’ l-10 ta’ Diċembru 2002, Il-Kummissjoni vs Camar u Tico (C‑312/00 P, Ġabra p. I‑11355), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaћdet l-appell safejn kien imressaq kontra l-parti tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 li tikkonċerna l-kawża T‑260/97.

28      B’ittra tar-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta’ Jannar 2003, il-partijiet ġew informati dwar it-tkomplija tal-proċedura fil-kawża T‑260/97 u dwar il-fatt li l-perijodu ta’ sitt xhur previst fil-punt 5 tal-parti dispożittiva tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 kien reġa’ beda jiddekorri u kellu jintemm fl-10 ta’ Ġunju 2003.

29      Ir-rikorrenti u l-Kummissjoni gћalhekk daћlu f’negozjati sabiex jilћqu ftehim dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu. Peress li ma ntlaћaq l-ebda ftehim fit-terminu preskritt, fl-10 ta’ Ġunju 2003 dawn ippreżentaw fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza l-proposti tagћhom fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tad-dannu.

30      Ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagћha dwar il-proposta tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Lulju 2003, u sussegwentement din ta’ l-aћћar gћamlet l-osservazzjonijiet tagћha dwar il-proposta kif ukoll dwar l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti fil-5 ta’ Settembru 2003.

31      Abbażi tar-rapport ta’ l-Imћallef Relatur, il-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tibda l-proċeduri orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, qiegћdet domandi bil-miktub lir-rikorrenti u lill-Kummissjoni, u dawn osservaw ir-rikjesta fit-terminu stabbilit.

32      Fis-seduta li saret fl-24 ta’ Frar 2005 instemgћu t-trattazzjonijiet orali tar-rikorrenti u tal-Kummissjoni kif ukoll it-tweġibiet tagћhom gћad-domandi orali li sarulhom mill-Qorti tal-Prim’Istanza.

33      Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex:

–        tikkonstata l-korrettezza ta’ l-ammonti tad-danni ppreżentati minnha, li jammontaw, minbarra l-interessi, għal EUR 2,771,132 gћall-1997, EUR 2,253,060 gћall-1998, EUR 7,190,000 gћall-1999, EUR 7,190,000 gћall-2000 u EUR 4,399,200 gћall-ewwel sitt xhur ta’ l-2001;

–        tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas dawn l-ammonti kollha, inklużi l-ammonti dovuti minћabba r-rivalutazzjoni monetarja u l-interessi gћal dewmien, ikkalkulati abbażi tal-kriterji indikati mir-rikorrenti jew ta’ kriterji oћra li l-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra aktar ġusti;

–        tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta’ din il-fażi ġdida tal-proċedura.

34      Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddetermina l-ammonti li jridu jitћallsu lir-rikorrenti skond l-indikazzjonijiet li ġejjin:

–        il-kumpens huwa dovut gћall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 1998;

–        il-perijodu li jrid jiġi kkunsidrat gћall-kalkolu tal-kwantità ta’ referenza tar-rikorrenti huwa l-perijodu ta’ sentejn 1989 u 1990;

–        l-ammont ta’ kumpens għandu jiġi kkalkulat abbażi tat-telf ta’ qligћ kostitwit mid-differenza bejn id-dћul li r-rikorrenti kellha tikseb mill-bejgћ tal-banana matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 1998, li kieku l-Kummissjoni aċċettat it-talba tagћha gћall-miżuri tranżitorji tal-21 ta’ Jannar 1997, u d-dћul effettiv li nkiseb minn dan in-negozju matul il-perijodu kkunsidrat, flimkien ma' dak miksub jew li seta’ nkiseb, matul l-istess perijodu, permezz ta’ attivitajiet li setgħet wettqet sabiex tissostitwixxi l-attività prinċipali tagħha;

–        il-kwantitajiet supplementari ta’ banana li r-rikorrenti setgћet tinnegozja, li kieku l-Kummissjoni aċċettat it-talba tagћha gћall-miżuri tranżitorji tal-21 ta’ Jannar 1997, jammontaw gћal 13,885.66 tunnellata gћall-1997 u gћal 11,265.30 tunnellata gћall-1998;

–        l-ammont ta' kumpens miksub b’dan il-mod gћandu jiġi evalwat mill-ġdid skond l-indiċi uffiċjali disponibbli gћall-Italja li jikkorrispondu gћall-perijodu kkunsidrat; ma' dan l-ammont ikkalkolat mill-ġdid għandhom jiżdiedu l-interessi għad-dewmien relatati li huma dovuti mill-gћoti tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 sad-data tal-pagament effettiv, interessi li gћandhom jiġu kkalkulati bir-rata statutarja li hemm fis-seћћ fl-Italja.

 Id-dritt

 Osservazzjonijiet preliminari

35      Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li, bl-ittra tal-21 ta’ Jannar 1997, ir-rikorrenti kienet talbet lill-Kummissjoni, bis-saћћa ta’ l-Artikolu 175 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 232 KE), sabiex, b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93, il-liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana minn pajjiżi terzi u ta’ banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP li kellhom jiġu attribwiti lilha bћala operatur tal-kategorija B gћas-sena 1997 u gћas-snin ta’ wara, sat-twaqqif mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza normali tiegћu, jiġu stabbiliti abbażi tal-kwantitajiet ta’ banana kkummerċjalizzati minnha fis-snin 1988, 1989 u 1990.

36      Kif jirriżulta mill-punt 208 tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, id-dannu riżarċibbli jikkonsisti fl-allokazzjoni lir-rikorrenti ta’ numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni li jridu jitnaqqsu minn dawk li din setgћet tiġi allokata li kieku l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93 ġie applikat b’mod korrett.

37      Issa, għalkemm ir-rikorrenti u l-Kummissjoni jaqblu dwar is-snin li jridu jiġu kkunsidrati sabiex tiġi kkalkulata l-kwantità ta’ referenza tar-rikorrenti li fuqha għandu jiġi stabbilit in-numru ta' liċenzji ta’ importazzjoni addizzjonali li din kellha tiġi allokata, il-pożizzjonijiet tagћhom, madankollu, ivarjaw fir-rigward ta' tliet punti prinċipali:

–        il-perijodu li fir-rigward tiegħu jrid jiġi kkumpensat id-dannu;

–        il-kriterji ġenerali li jridu jiġu segwiti gћall-kwantifikazzjoni tad-dannu;

–        il-kriterji li abbażi tagћhom trid tiġi kkunsidrata l-iżvalutazzjoni monetarja kif ukoll l-interessi għad-dewmien relatati.

 Fuq is-snin li jridu jiġu kkunsidrati sabiex tiġi kkalkulata l-kwantità ta’ referenza

 L-argumenti tal-partijiet

38      Il-Kummissjoni tindika li l-perijodu li jrid jiġi kkunsidrat sabiex tiġi kkalkulata l-kwantità ta’ referenza tar-rikorrenti, jiġifieri l-perijodu ta' referenza, gћandu bћala prinċipju jinkludi l-perijodu ta’ tliet snin qabel ma daћlet fis-seћћ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, stabbilita bir-Regolament Nru 404/93, u li fir-rigward tagħhom kien hemm data disponibbli, jiġifieri l-perijodu bejn l-1989 u l-1991. Madankollu, il-bidu tal-gwerra ċivili fis-Somalja tiġġustifika li s-sena 1991 ma tiġix ikkunsidrata fil-konfront tar-rikorrenti. Hija tenfasizza li l-perijodu li jifdal, li jkopri s-snin 1989 sa 1990, jista’ jiġi ddefinit bћala perijodu ta’ attività normali gћar-rikorrenti, li fil-fatt gћarfet li s-sena 1988 kienet ikkaratterizzata minn żieda sinjifikattiva fl-importazzjonijiet tagћha meta mqabbla mal-medja ta' importazzjonijiet tagћha. Il-perijodu li jrid jiġi kkunsidrat bћala l-perijodu ta' referenza gћandu jkun magћmul, gћalhekk, mis-snin 1989 u 1990.

39      Ir-rikorrenti taċċetta li tirreferi ruћha, gћall-finijiet tal-kwantifikazzjoni tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat, gћall-perijodu ta' referenza indikat mill-Kummissjoni, minflok gћall-perijodu ta’ tliet snin 1988‑1990 indikat fit-talba tagћha skond l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

40      Fis-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 tagħha, il-Qorti tal-Prim'Istanza, għalkemm ikkonstatat li ċ-ċaћda min-naћa tal-Kummissjoni biex tadotta miżuri tranżitorji sabiex jilqgћu gћad-diffikultajiet li ltaqgћet magћhom ir-rikorrenti kienet illegali, ma kkonfermatx li l-Kummissjoni kellha, b’mod partikolari, tieħu in kunsiderazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti preċiżament il-perijodu 1988 sa 1990 bћala l-perijodu ta' referenza sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni li din kellha tiġi allokata bћala operatur tal-kategorija B.

41      Meta jiġi kkunsidrat, minn naћa waћda, il-fatt li m'hemm xejn fil-leġiżlazzjoni pertinenti li jimponi li, f’sitwazzjoni ta’ diffikultà kbira bћal dik f'dan il-każ, il-perijodu ta’ referenza gћandu jiġi neċessarjament iddefinit mill-ġdid bħala perijodu ta’ tliet snin u, min-naћa l-oћra, il-fatt li r-rikorrenti taċċetta l-esklużjoni tas-sena 1988, il-metodu stabbilit bejn il-partijiet gћandu jiġi approvat. Il-perijodu li gћalih gћandha tiġi kkalkulata l-kwantità ta’ referenza tar-rikorrenti gћal kwantifikazzjoni tad-dannu jinkludi, gћalhekk, is-sentejn 1989 u 1990.

 Fuq il-perijodu li gћalih id-dannu jrid jiġi kkumpensat

 L-argumenti tal-partijiet

42      Skond ir-rikorrenti, il-perijodu li jrid jiġi kkunsidrat gћall-kumpens tad-dannu kkawżat mir-rifjut tat-talba tagћha gћal miżuri tranżitorji huwa dak ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u t-30 ta’ Ġunju 2001.

43      Ir-rikorrent tafferma li, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, minkejja l-abolizzjoni tad-distinzjoni bejn il-liċenzji tal-kategorija A u B, l-allokazzjoni tal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana minn pajjiżi terzi, kif ġara diġà fil-kuntest ta’ l-iskema preċedenti, kienet tiddependi l-aktar mill-kwantitajiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP importati matul il-perijodu ta' referenza. Ir-rikorrenti tenfasizza, fil-fatt, li l-banana tradizzjonali ta’ l-AKP kienet ikkunsidrata, fost il-banana ta’ l-oriġini kollha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ referenza unika stabbilita fir-Regolament Nru 2362/98, li dejjem ġiet ikkalkulata abbażi tal-perijodu ta' referenza li jkopri s-snin 1994 sa 1996.

44      Barra minn hekk, il-fatt li r-rikorrenti, fit-talba tagћha tal-21 ta’ Jannar 1997 mibgћuta lill-Kummissjoni, irreferiet gћal-liċenzji tal-kategorija B bl-ebda mod ma jimpedixxi li jiġi konkluż li jeżisti dannu li għandu jiġi kkumpensat mill-Kummissjoni anki gћall-perijodu ta' wara l-31 ta’ Diċembru 1998. Fil-fatt, ir-rikorrenti tosserva li, għalkemm f’din it-talba hija kienet semmiet il-liċenzji tal-kategorija B, dan kien biss sabiex jiġu identifikati l-liċenzji li kienu ġew attribwiti abbażi tal-kwantità ta’ referenza komposta mill-importazzjonijiet tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP. L-azzjoni tagћha li wasslet gћas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, kienet intiża sabiex il-kwantitajiet ta’ referenza tagћha jiġu aġġustati, ћaġa li l-Qorti tal-Prim'Istanza rrikonoxxiet fit-tielet sal-ħames sentenzi tal-punt 194 ta’ l-imsemmija sentenza.

45      Gћalhekk id-dannu għandu jiġi kkumpensat, skond ir-rikorrenti, gћas-snin kollha li fihom, abbażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, hija setgћet, bћala operatur tradizzjonali tal-banana ta’ l-AKP, tagħmel użu mill-kwantitajiet ta’ referenza normali tagћha, jiġifieri sal-1 ta’ Lulju 2001, id-data tad-dћul fis-seћћ ta’ l-iskema ta’ l-2001. Din l-iskema stabbilixxiet kriterji ġodda ta’ kif gћandhom jiġu kkalkulati l-kwantitajiet ta’ referenza sabiex jiġu utilizzati fl-allokazzjoni tal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana minn pajjiżi terzi jew tal-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP, b’tali mod li, gћal operatur bћalma hija r-rikorrenti, dan il-kalkolu kellu jibda jsir abbażi ta’ l-importazzjonijiet biss li jkunu saru minnu, matul il-perijodu ta' referenza, bћala operatur tal-kategorija A.

46      Ir-rikorrenti ppreċiżat ukoll li, gћall-finijiet ta’ l-evalwazzjoni tad-dannu gћas-snin 1999 u 2000 u gћall-ewwel sitt xhur ta’ l-2001, wieћed għandu jikkunsidra l-importazzjonijiet li hija kienet tkun tista' tagħmel fis-snin 1994 sa 1996 li kieku l-Kummissjoni adottat il-miżuri meћtieġa sabiex tippermettilha tissostitwixxi l-banana tas-Somalja li ma kinitx gћadha aktar disponibbli f’dak il-perijodu.

47      Il-Kummissjoni tqis li l-perijodu li gћalih ir-rikorrenti gћandha d-dritt gћal kumpens tad-dannu għandu jiġi limitat gћall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 1998.

48      Hija tfakkar li d-dannu li għandu jiġi kkumpensat huwa dak ikkawżat mir-rifjut tagħha li r-rikorrenti tingћata, skond l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93, numru akbar ta’ liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B, liema dannu għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ l-importazzjonijiet ta’ banana li r-rikorrenti gћamlet qabel il-gwerra ċivili fis-Somalja.

49      Issa, il-Kummissjoni tosserva li, mill-1 ta’ Jannar 1999, fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-banana daћlet fis-seћћ riforma importanti fl-iskema ta’ negozju tal-banana li, fost affarijiet oћra, neћћiet it-tqassim ta’ l-importaturi fil-kategoriji A, B u Ċ u stabbiliet amministrazzjoni komuni tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP. Hi tenfasizza li, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, ir-rikorrenti qatt ma talbet gћal xi miżura speċifika favur tagħha, filwaqt li l-miżuri li ġew mitluba b’referenza gћall-iskema preċedenti, li kienet intemmet fil-31 ta’ Diċembru 1998, ma setgћux ikollhom effett fuq l-iskema l-ġdida.

50      Il-Kummissjoni tinnota li, mill-1 ta’ Jannar 1999, inbidlet il-bażi legali nnifisha tal-miżuri mitluba mir-rikorrenti. Fil-fatt, jekk ir-rikorrenti kien jidhrilha li kienet tinstab f’sitwazzjoni żvantaġġata ћafna, hija kien imissha talbet mill-ġdid lill-Kummissjoni sabiex din tadotta miżuri xierqa, din id-darba abbażi ta’ l-Artikolu 20(d) il-ġdid tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1637/98.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

51      Għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li gћandha tikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrenti fl-1997 u fl-1998 minћabba li ma kinitx laqgћet it-talba tal-21 ta’ Jannar 1997. Il-Kummissjoni tikkontesta, iżda, l-pretenzjoni tar-rikorrenti li timputa gћal din iċ-ċaћda d-dannu li din ta’ l-aћћar tallega li batiet matul il-perijodu li matulu kienet fis-seћћ l-iskema ta’ l-1999, jiġifieri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1999 sat -30 ta’ Ġunju 2001.

52      Din il-pretenzjoni tar-rikorrenti ma tistax tintlaqa'.

53      Huwa minnu li t-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997 tista’ tiġi interpretata fis-sens li kienet sostanzjalment intiża sabiex tinkiseb miżura li tawtorizza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jistabbilixxu l-kwantità ta’ referenza li kellha tintuża bћala bażi għall-allokazzjoni lir-rikorrenti, bћala operatur tal-kategorija B, ta' liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana minn pajjiżi terzi jew tal-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP ikkummerċjalizzati matul perijodu ta' referenza differenti minn dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

54      B’mod partikolari, minn din it-talba jirriżulta li s-sostituzzjoni tal-perijodu ta' referenza 1993 sa 1995, użat fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993 sabiex jingћataw liċenzji ta’ importazzjoni fl-1997, kienet ġustifikata, għall-finijiet ta' l-allokazzjoni lir-rikorrenti ta' liċenzji ta’ importazzjoni gћall-banana minn pajjiżi terzi jew għall-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP, fir-rigward tal-livell baxx ћafna ta’ importazzjonijiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP imwettqa mir-rikorrenti matul l-istess perijodu, liema livell kien dovut għall-effett ikkombinat tal-gwerra ċivili fis-Somalja u l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

55      Ir-rikorrenti kienet talbet li jiġu kkunsidrati s-snin 1988 sa 1990 bћala perijodu ta' referenza “sakemm jerġgћu jiġu stabbiliti l-kwantitajiet ta’ referenza normali tagћha”, jiġifieri, fil-kuntest ta’ din it-talba, sal-mument li fih, minћabba l-bidla annwali stabbilita fil-leġiżlazzjoni fis-seћћ (ara l-punti 8 u 9 aktar 'il fuq), il-perijodu ta' referenza jinkludi biss dawk is-snin li mhumiex ikkaratterizzati minn problemi ta’ provvista ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP li kienu l-kawża tat-talba tar-rikorrenti.

56      F’dan is-sens, il-miżuri li l-Kummissjoni kien imissha adottat sabiex tilqa’ din it-talba kellhom jippermettu wkoll li għas-sena 1998 jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP ikkummerċjalizzati mir-rikorrenti matul il-perijodu propost minnha, sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B li din kellha tingћata. Gћal dik is-sena, fil-fatt, il-perijodu ta' referenza rilevanti gћall-finijiet tar-Regolament Nru 1442/93 (1994 sa 1996) kompla jinkludi – kif il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat espressament fl-aħħar parti tal-punt 148 tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 – is-snin li fihom ir-rikorrenti sofriet minn dawn id-diffikultajiet ta’ forniment.

57      Li kieku l-iskema ta’ l-1993 baqgħat applikabbli sa l-1999, il-miżuri li l-Kummissjoni kien imissha adottat sabiex tilqa’ t-talba tar-rikorrenti kienu jippermettu l-istess sostituzzjoni tal-perijodu ta' referenza anke gћas-sena 1999, peress li l-perijodu ta' referenza li jirriżulta mir-Regolamenti Nru 404/93 u Nru 1442/93, spostat b’sena oћra (1995 sa 1997), kien jinkludi xorta s-snin (1995 u 1996) li kienu karatterizzati mill-problemi in kwistjoni.

58      Madankollu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1999 l-iskema ta’ l-1993 ġiet riformata. Gћalhekk, għandu jiġi kkonstatat li din ir-riforma kienet ta' natura tali sabiex iġġib fit-tmiem, fil-31 ta’ Diċembru 1998, l-effetti tal-miżuri li l-Kummissjoni kien imissha adottat sabiex tilqa’ t-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997.

59      Madankollu konklużjoni bћal din ma tistax tiġi bbażata, kif tallega l-Kummissjoni, fuq ir-raġuni ta' natura formali li permezz ta' l-Artikolu 20(d) tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1637/98 ġiet introdotta bażi legali ġdida gћall-adozzjoni ta’ miżuri tranżitorji.

60      Fil-fatt, is-sitwazzjoni tar-rikorrenti ma taqax taħt l-imsemmi Artikolu 20(d), safejn is-sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva invokata minn din ta’ l-aћћar, jiġifieri l-problemi tagħha ta’ provvista ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP li kellha matul il-perijodu bejn l-1994 u l-1996, mhijiex marbuta mal-bidla mill-iskema ta’ l-1993 gћal dik ta’ l-1999. Mill-banda l-oħra, gћalkemm kienet relatata mal-gwerra ċivili li faqqgћet fis-Somalja fl-aћћar ta’ l-1990, din is-sitwazzjoni kienet konsegwenza diretta ta’ l-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, minћabba li l-iskema ta’ l-1993 kienet fil-fatt tinvolvi gћar-rikorrenti tnaqqis oġġettiv sostanzjali tal-possibbiltà, offruta mill-iskema Taljana preċedenti, li tiġi sostitwita l-offerta insuffiċjenti ta’ banana tas-Somalja b’banana oћra, b’mod partikolari dik tradizzjonali ta’ l-AKP (sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, punti 140‑143). Minћabba li kienu kkawżati mill-bidla mill-iskemi nazzjonali gћall-iskema ta’ l-1993, dawn id-diffikultajiet xorta baqgħu jaqgħu, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, taħt l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93, li la kien ġie revokat u lanqas emendat bir-Regolament Nru 1637/98.

61      Ir-raġunijiet li jipprekludu li l-miżuri li l-Kummissjoni kien imissha adottat sabiex tilqa’ t-talba tal-21 ta’ Jannar 1997 setgћu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 1998 huma ta’ natura sostanzjali u jirrigwardaw il-karatteristiċi li jiddistingwu b’mod fundamentali, fid-dawl tas-suġġett ta’ din it-talba, l-iskema ta’ l-1999 minn dik ta’ l-1993.

62      Skond il-premessa 5 tar-Regolament Nru 2362/98, “amministrazzjoni komuni tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP” kienet adegwata sabiex tiffavorixxi l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali u arranġamenti kummerċjali aktar ћielsa, kif ukoll sabiex tiġi evitata d-diversifikazzjoni mhux ġustifikata. Gћalhekk, skond il-premessa ċċitata, l-operaturi tradizzjonali u dawk ġodda kellhom “jiġu definiti skond kriterji uniċi irrispettivament mill-pajjiż terz jew ta’ l-AKP li jimpurtaw minnu”, filwaqt li d-drittijiet ta’ l-operaturi tradizzjonali kellhom “jiġu definiti abbażi ta’ l-importazzjonijiet effettivament imwettqa minn kwalunkwe oriġini u sors ta’ provvista” u kellhom “jikkonferixxu l-possibbiltà ta' importazzjoni mill-pajjiżi kollha ta' oriġini”; barra minn hekk, dan l-istess metodu kellu “jiġi segwit fl-amministrazzjoni perijodika ta’ l-importazzjonijiet mingћajr distinzjoni fir-rigward ta' l-oriġini ta’ l-importazzjonijiet”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

63      Gћalhekk, l-iskema ta’ l-1999 neћћiet id-distinzjoni li kienet magħmula bl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 404/93, gћall-finijiet tat-tqassim tal-kwota tat-tariffi, bejn operaturi (u liċenzji) tal-kategorija A, B u Ċ. L-iskema ta’ l-1999 gћamlet distinzjoni biss bejn dawk l-operaturi magћrufa bћala tradizzjonali (ara l-punt 17 aktar ’il fuq), bћar-rikorrenti, u l-operaturi ġodda.

64      Barra minn hekk, filwaqt li fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993 il-kwantitajiet ta’ referenza kienu ġew ikkalkulati, gћall-operaturi tal-kategorija A, abbażi tal-kwantitajiet ta’ banana minn pajjiżi terzi u ta’ banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP ikkummerċjalizzati matul perijodu ta' referenza u, gћall-operaturi tal-kategorija B, abbażi tal-kwantitajiet ta’ banana tal-Komunità jew tradizzjonali ta’ l-AKP ikkummerċjalizzati matul l-istess perijodu ta’ referenza (ara l-punt aktar ’il fuq), fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999 kienet ġiet ikkalkulata “kwantità ta’ referenza unika”, stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2362/98 (ara l-punt 18 aktar ’il fuq), abbażi ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-oriġini kollha, jiġifieri l-banana tradizzjonali u mhux tradizzjonali ta’ l-AKP kif ukoll ta' banana minn pajjiżi terzi (Anness I tar-Regolament Nru 2362/98), mwettqa mill-operatur ikkonċernat matul perijodu ta' referenza.

65      Huwa minnu li, minkejja t-tneħħija tal-kategoriji ta’ l-operaturi u tal-liċenzji A, B u Ċ u kif ukoll minkejja l-istabbiliment ta’ kwantità ta’ referenza unika, l-importazzjonijiet tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP imwettqa matul il-perijodu ta' referenza komplew jinfluwenzaw, anke taħt l-iskema ta’ l-1999, in-numru ta’ liċenzji li setgħu jingћataw lir-rikorrenti gћall-importazzjoni ta’ banana minn pajjiżi terzi u ta’ banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP. Huwa minnu wkoll li l-perijodu ta' referenza baqa’ fiss, matul il-perijodu kollu ta’ l-iskema ta’ l-1999, gћas-snin 1994 sa 1996 (ara l-punti 18 u 20 aktar ’il fuq), jiġifieri l-istess perijodu ta' tliet snin li kienu jiffurmaw il-perijodu ta' referenza matul is-sena 1998, l-aћћar sena ta’ l-iskema ta’ l-1993, u li, minћabba d-diffikultajiet ta’ forniment ikkawżati mill-gwerra ċivili fis-Somalja u mill-istabbiliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, dan il-perijodu ma kienx jirrappreżenta l-livell normali ta’ attività tar-rikorrenti fis-settur tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP.

66      Madankollu, anke jekk wieћed jammetti li ma kienx totalment irrikonċiljabbli mar-regoli dettaljati ta' funzjonament ta’ l-iskema ta’ l-1999, it-teћid in kunsiderazzjoni, gћall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ referenza unika tar-rikorrenti, tas-snin 1989 u 1990 minflok il-perijodu bejn l-1994 u l-1996, fir-rigward biss tal-komponent ta’ din il-kwantità kkostitwit mill-importazzjonijiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP, ma setax jirriżulta, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, mill-miżuri li l-Kummissjoni kien imissha adottat fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993 sabiex tilqa’ t-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997.

67      Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li, fl-iskema ta’ l-1993, l-importazzjonijiet tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP imwettqa minn operatur matul il-perijodu ta' referenza kienu jagћtuh id-dritt sabiex jipparteċipa fid-diviżjoni ta’ riżerva ddeterminata b’mod ċar (30%) tal-kwota tat-tariffi. Huwa f’dan il-kuntest li kienet iddestinata biex titћaddem is-sostituzzjoni tal-perijodu ta' referenza invokata fit-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997.

68      Issa, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999 il-kwantitajiet ta’ referenza tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP ma kinux meћtieġa aktar, kif ġara fil-każ ta’ l-iskema ta’ l-1993, sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni ta’ banana minn pajjiżi terzi jew ta’ banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP li kellhom jingћataw fil-kuntest tar-riżerva ta’ 30% tal-kwota tat-tariffi assenjata lill-operaturi tal-kategorija B, iżda gћenu sabiex tiġi kkostitwita l-kwantità ta’ referenza unika utilizzata, b’mod aktar ġenerali, sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ liċenzji li kellhom jingћataw lill-operaturi gћall-importazzjoni mill-pajjiżi kollha ta’ oriġini fil-kuntest ta’ amministrazzjoni komuni tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP. B’mod konformi mal-premessa 5 tar-Regolament Nru 2362/98, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, id-drittijiet ta’ l-operaturi tradizzjonali mhux biss kellhom “jiġu definiti abbażi ta’ l-importazzjonijiet effettivament imwettqa minn kwalunkwe oriġini jew sors ta’ provvista”, iżda kellhom ukoll “jikkonferixxu l-possibbiltà ta' importazzjoni mill-pajjiżi kollha ta’ oriġini”.

69      Gћalhekk, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, il-kwantitajiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP importati matul il-perijodu ta' referenza ma influwenzawx biss, kif ġara fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993, il-kompetizzjoni ta’ l-operaturi fid-diviżjoni ta’ parti ddeterminata b’mod ċar tal-kwota tat-tariffi, iżda wkoll dik fid-diviżjoni tal-kwoti tat-tariffi kollha, kif ukoll fid-diviżjoni tal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP (Artikoli 3, 4 u 6 tar-Regolament Nru 2362/98), filwaqt li, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993, l-importazzjoni tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP ma kinitx affettwata miż-żamma ta' kwantità ta’ referenza (Artikoli 14 sa 16 tar-Regolament Nru 1442/93).

70      Dawn l-emendi fundamentali fil-kundizzjonijiet ta’ aċċess gћall-banana minn pajjiżi terzi jew għall-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP u, fuq kollox, gћall-banana tradizzjonali ta’ l-AKP jirrappreżentaw qtugħ evidenti tal-kontinwità bejn l-iskema ta’ l-1993 u dik ta’ l-1999 fid-dawl tas-suġġett tat-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997. Gћalhekk, it-teżi tar-rikorrenti li, gћalkemm il-liċenzji tal-kategorija B ma kinux jeżistu aktar fl-iskema ta’ l-1999, il-mekkaniżmu ta’ l-gћoti ta’ liċenzji gћall-banana minn pajjiżi terzi jew għall-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP kompla jeżisti u kien essenzjalment l-istess bħal dak eżistenti taħt l-iskema ta’ l-1993, hija żbaljata.

71      Il-miżuri li l-Kummissjoni kien imissha adottat sabiex tilqa’ t-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997 ma setgћux, gћalhekk, iћallu l-effetti tagћhom wara l-31 ta’ Diċembru 1998. Sostituzzjoni, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1999, tal-perijodu ta' referenza bil-komponent biss tal-kwantità ta’ referenza unika komposta mill-importazzjonijiet ta’ banana tradizzjonali ta’ l-AKP ikollha portata differenti ћafna u ferm aktar sinjifikattiva minn dik tal-miżuri mitluba mir-rikorrenti. Sostituzzjoni ta’ dan it-tip, anke jekk din titqies ammissibbli fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-1999, setgħet tkun is-suġġett ta' deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni biss u kien l-oneru tar-rikorrenti li titlobha permezz ta’ talba ġdida li kellha tippreżenta fid-dawl tar-regoli dettaljati speċifiċi ta’ din l-iskema.

72      Minn dan isegwi li d-dannu li l-Kummissjoni hija marbuta tikkumpensa fil-każ preżenti huwa dak ikkawżat mill-attribuzzjoni lir-rikorrenti, fir-rigward tas-snin 1997 u 1998 biss, ta’ numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni ta’ banana minn pajjiżi terzi u ta’ banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP imnaqqas meta mqabbel ma’ dak li r-rikorrenti kienet tikseb gћall-istess snin li kieku l-Kummissjoni laqgћet it-talba tagћha tal-21 ta’ Jannar 1997 billi awtorizzat, b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93, li s-snin 1989 u 1990 kellhom jiġu kkunsidrati bћala perijodu ta' referenza.

73      Din il-konklużjoni hija bil-wisq aktar neċessarja meta wieћed jikkunsidra li, b’mod konformi mal-ġurisprudenza, il-possibbiltà li individwi jinvokaw dannu futur fil-kuntest ta’ azzjoni gћal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità tirrigwarda biss dannu imminenti u prevedibbli b’ċertezza suffiċjenti abbażi tas-sitwazzjoni ta’ fatt u ta' dritt eżistenti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ġunju 1976, Kampffmeyer et vs il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 56/74 sa 60/74, Ġabra p. 711, punti 6 sa 8).

74      F'dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba gћall-kumpens tad-danni mressqa mir-rikorrenti fil-kawża preżenti ma setgћetx ikollha gћan ieћor għajr il-kumpens tad-dannu li seta’ jiġi kkawżat, minћabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 1997, abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seћћ meta kienet ġiet ippreżentata t-talba, jiġifieri l-iskema ta’ l-1993. Issa, l-allegat dannu li r-rikorrenti qiegħda titlob il-kumpens tiegħu gћall-perijodu ta' bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-30 ta’ Ġunju 2001 ma jirriżultax, fi kwalunkwe każ, minn din il-leġiżlazzjoni, iżda minn leġiżlazzjoni sostanzjalment differenti, li kienet adottata wara l-preżentazzjoni tar-rikors u li l-karatteristiċi tagћha ma kienu bl-ebda mod prevedibbli fid-data ta’ din il-preżentazzjoni.

 Fuq il-kriterji ġenerali li jridu jiġu segwiti gћall-kwantifikazzjoni tad-dannu

 L-argumenti tal-partijiet

75      Skond ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza, b’mod partikolari fil-punti 194, 195 u 211 tas-sentenza tagħha tat-8 ta’ Ġunju 2000, diġà ddikjarat b’mod ċar il-kriterju sabiex jiġi kkalkulat l-ammont dovut bħala kumpens għad-danni, b’mod partikolari billi rriferiet gћall-kriterju propost mill-istess rikorrenti, jiġifieri l-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni li ma ngћatawx, li f’dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 u l-10 ta’ Frar 1998 lil grupp ta’ ћidma "Banana" tal-kumitat speċjali “Agrikoltura” tal-Kunsill kien ġie stmat li jlaћћaq EUR 200 gћal kull tunnellata. Gћalhekk, skond ir-rikorrenti, id-dannu gћandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati EUR 200 man-numru ta’ tunnellati metriċi rappreżentati fil-liċenzji li din irċieviet inqas minn dawk li kienet tiġi allokata li kieku ġie utilizzat bћala perijodu ta' referenza l-perijodu ta’ qabel il-gwerra ċivili, minflok is-snin 1993 sa 1995 gћall-importazzjonijiet li kellhom isiru fl-1997 u s-snin 1994 sa 1996 gћall-importazzjonijiet li kellhom isiru fis-snin ta’ wara.

76      Ir-rikorrenti tenfasizza li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma tistax tordna lil parti sabiex tikkumpensa dannu jekk dan ma jkunx reali jew jekk ma jkunx għad hemm ċertezza dwar il-prinċipju u l-ammont tad-dannu fid-data tal-kundanna (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta’ Lulju 2003, Hameico Stuttgart et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T‑99/98, Ġabra p. II‑2195, punt 67, u l-ġurisprudenza ċċitata), fis-sens li dan id-dannu jrid ikun mill-inqas evalwat b’eżattezza skond kriterji diġà stabbiliti. Issa, il-Kummissjoni, filwaqt li tasserixxi li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma stabbilixxitx kriterji bћal dawn fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Ġunju 2000, tixtieq, b'mod żbaljat, toħloq l-impressjoni li d-dannu mhux biss mhuwiex stabbilit iżda huwa wkoll inċert.

77      Ir-rikorrenti tinnota li fis-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 il-Qorti tal-Prim'Istanza, gћalkemm ma eżaminatx b’mod espliċitu l-fondatezza tal-kriterju tal-valur kummerċjali tal-liċenzji, li ġie propost minnha, lanqas ma ġġudikat dan il-kriterju infondat jew inadegwat sabiex jiġi kkwantifikat id-dannu. Altrimenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet tastjeni milli tafferma, fil-punt 195 ta’ din is-sentenza, li kriterju simili kien jippermetti li tiġi prevista l-portata tad-dannu “b’ċertezza suffiċjenti” u milli tistieden lill-partijiet, fil-punt 211, “sabiex jilћqu ftehim, fid-dawl ta’ [din] is-sentenza, dwar l-ammont tal-kumpens għall-allegat dannu kollu”.

78      Barra minn hekk, ir-rikorrenti tenfasizza, fil-kontroreplika ppreżentata fil-kuntest tal-proċedura prinċipali, li l-Kummissjoni setgħet tikkontesta l-kriterju propost mir-rikorrenti, iżda dan m’gћamlitux. Gћalhekk, il-Kummissjoni m'għadhiex tista' tpoġġi f’diskussjoni dan il-kriterju.

79      Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti tafferma li l-valur kummerċjali tal-liċenzji huwa element fondat u kredibbli sabiex jiġi kkwantifikat id-dannu f'dan il-każ. Hija tfakkar, fil-fatt, li t-trasferibbiltà tal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana kienet ilha prevista espliċitament fil-leġiżlazzjoni Komunitarja mill-bidu ta’ l-iskema ta’ l-1993 (Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1442/93) u li kienu proprju l-liċenzji tal-kategorija B li kienu jikkostitwixxu s-suġġett tan-negozju, peress li, skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1442/93, it-trasferiment tagћhom ma jimplika l-ebda tnaqqis fil-kwantitajiet ta’ referenza tat-titolari u jippermetti li jiġu integrati l-profitti żgћar li jsiru mill-kummerċ tal-banana ta’ l-AKP. Dwar dan, ir-rikorrenti tirreferi gћall-punt 86 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 1994, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (C‑280/93, Ġabra p. I‑4973). Il-prezz tat-trasferiment tal-liċenzji jirrappreżenta gћalhekk dћul ċert u, b’mod aktar partikolari, profitt minimu.

80      Sabiex issostni l-fondatezza tal-kriterji tal-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni, ir-rikorrenti tfakkar li, fis-sentenza tagħha tas-27 ta’ Jannar 2000 Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑104/89 u C‑37/90, Ġabra p. I‑203, punt 79), il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li elementi statistiċi u kummerċjali jistgћu jiġu kkunsidrati gћall-kwantifikazzjoni tad-dannu.

81      Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 ma stabbilixxietx il-kriterji sabiex jiġi kkwantifikat il-kumpens dovut lir-rikorrenti. Fil-fatt, il-kriterju suġġerit mir-rikorrenti ġie kkunsidrat mill-Qorti tal-Prim'Istanza biss sabiex tiġi evalwata l-ammissibbiltà tat-talba gћall-kumpens, mingћajr ma dan ġie deċiż b’mod adegwat. Mill-bqija, ma sar l-ebda smigћ tal-partijiet fir-rigward tal-fondatezza ta’ dan il-kriterju.

82      Il-Kummissjoni ma tammettix li l-kumpens dovut jista’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ valur kummerċjali ipotetiku tal-liċenzji ta’ importazzjoni filwaqt li jiġi injorat kompletament il-fatt li l-merkanzija in kwistjoni ġietx importata jew le. Dan l-element fil-fatt m’gћandu x’jaqsam xejn ma’ l-avveniment li kkawża d-dannu u mal-konsegwenzi effettivi ta’ dan id-dannu fuq il-pożizzjoni tar-rikorrenti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-14 ta’ Lulju 1967, Kampffmeyer et vs Il-Kummissjoni, 5/66, 7/66 u 13/66 sa 24/66, Ġabra p. 287).

83      Hija tenfasizza li, fil-prattika, it-trasferiment tal-liċenzji ta’ importazzjoni minn operatur gћall-ieћor huwa rari. Hija tfakkar ukoll li t-trasferiment tal-liċenzji kien ifisser, b’mod ġenerali, diġà fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993, skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1442/93, li l-kwantitajiet trasferiti kienu jiġu mnaqqsa mill-kwantità ta’ referenza taċ-ċessjonarju. Skond il-Kummissjoni, l-operaturi tal-kategorija B, bћar-rikorrenti, żgur li ma kinux suġġetti gћal din il-limitazzjoni, iżda l-possibbiltà tagħhom li jiksbu liċenzji ta’ importazzjoni gћall-banana minn pajjiżi terzi u għall-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP kienet tiddependi mill-kummerċjalizzazzjoni tal-banana tal-Komunità u ta’ dik tradizzjonali ta’ l-AKP li effettivament saret minnhom fil-perijodu ta' referenza.

84      Fir-rigward ta' l-allegat valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni, li jammonta gћal EUR 200 gћal kull tunnellata, indikat mir-rikorrenti abbażi tad-dikjarazzjoni magћmula mill-Kummissjoni lill-grupp ta’ ћidma "Banana" tal-kumitat speċjali “Agrikoltura” tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta’ Frar 1998, il-Kummissjoni tinnota li dan ma jikkostitwixxix element sinjifikattiv sabiex jiġi ddeterminat id-dannu. Fil-fatt, dan il-valur fl-ebda każ ma jista jiġi kkunsidrat gћall-perijodu kollu kkonċernat, peress li dan jammonta biss għal indikazzjoni relattiva waћda f’mument speċifiku, li hija limitata gћal-liċenzji tal-kategorija B, u peress li l-prezz ta’ dawn il-liċenzji kien ivarja skond il-prezz tal-banana. Barra minn hekk, indikazzjoni bћal din ma setgћetx kienet ir-riżultat ta’ studju statistiku u kummerċjali uffiċjali peress li ma jeżisti l-ebda suq veru u proprju tal-liċenzji ta’ importazzjoni.

85      Sabiex jiġi evalwat id-dannu in kwistjoni, il-Kummissjoni tissuġġerixxi, minflok, li wieħed għandu jimxi mal-ġurisprudenza stabbilita illi tistabbilixxi li l-kumpens gћandu l-gћan li jqiegћed, safejn possibbli, lil min sofra d-dannu fil-pożizzjoni li fiha kien isib ruħu li kieku ma soffriex dan id-dannu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 1994, Grifoni vs KEEA, C‑308/87, Ġabra p. I‑341, punt 40). Għaldaqstant, għandha tittieħed in kunsiderazzjoni, safejn possibbli, is-sitwazzjoni reali ta’ min isofri d-dannu, b’mod partikolari f’każ li l-kumpens ikun relatat ma’ l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika li, minћabba n-natura tagћha, tista’ tirriżulta mhux biss fi qligħ iżda wkoll f'telf (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑104/79 u C‑37/90, Ġabra p. I‑3061, punti 32‑34, u sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta’ Lulju 1997, Oleifici Italiani vs Il-Kummissjoni, T‑267/94, Ġabra p. II‑1239, punti 73 et seq).

86      Filwaqt li tagћmel referenza gћas-sentenzi tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq (punt 26), u tas-27 ta’ Jannar 2000, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat, fil-kawża preżenti, in-nuqqas ta’ qligћ li jirriżulta mid-differenza bejn id-dћul li r-rikorrenti kienet tagћmel mill-kummerċ tal-banana matul il-perijodu ta' referenza (li jkopri l-1997 u l-1998), li kieku l-Kummissjoni laqgħet it-talba tagћha gћal miżuri tranżitorji tal-21 ta’ Jannar 1997, u mid-dħul li din effettivament gћamlet minn dan il-kummerċ fl-istess perijodu, flimkien mad-dħul li hija kisbet jew setgħet tikseb matul dan l-istess perijodu permezz ta’ attivitajiet li setgħet wettqet sabiex tissostitwixxi l-attività prinċipali tagħha. Sabiex jiġi evalwat id-dħul supplementari li r-rikorrenti setgħet kisbet matul il-perijodu kkunsidrat f’każ ta’ tweġiba pożittiva gћat-talba tagћha, il-Kummissjoni tqis li huwa raġonevoli li jiġu kkunsidrati l-marġini ta' profitti miksuba mir-rikorrenti minn fuq l-importazzjonijiet tal-banana li effettivament wettqet matul dan il-perijodu. Il-Kummissjoni tippreċiża wkoll li, f’każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza tilqa’ dan il-kriterju, gћandha tkun ir-rikorrenti li tforni l-elementi kollha probatorji li huma meћtieġa sabiex jiġu ddeterminati eżatt dawn il-marġini ta' profitti.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

–       Fuq il-kwistjoni ta' jekk il-kriterju tal-valur kummerċjali tal-liċenzji kienx aċċettat fis-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000

87      Irid jiġi vverifikat qabel kollox jekk il-kriterju invokat mir-rikorrenti kienx ikkunsidrat bћala xieraq fis-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000 gћall-finijiet ta’ l-evalwazzjoni tad-dannu f’dan il-każ.

88      F’dan ir-rigward ma jistax ma jiġix irrilevat, kif tafferma l-Kummissjoni, li l-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza fir-rigward tal-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni bћala kriterju sabiex jiġi kkalkulat id-dannu jinsabu fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ l-ammissibbiltà tar-rikors gћal-kumpens tad-danni (punti 194 u 195 tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000).

89      Issa, jirriżulta b’mod ċar minn qari tal-punti 194 u 195 li, l-affermazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li r-rikorrenti indikat l-elementi li jippermettu li jiġi stabbilit b’ċertezza suffiċjenti l-portata tad-dannu invokat, tfisser biss li r-rikorrenti forniet lill-Qorti tal-Prim'Istanza l-elementi li bis-saћћa tagћhom din ta’ l-aћћar setgћet tikkonkludi li l-portata tad-dannu allegat kienet determinabbli u li, gћaldaqstant, ir-rikors gћall-kumpens tad-danni kien ammissibbli.

90      Fl-analiżi tagħha tal-fondatezza tar-rikors għall-kumpens tad-danni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma qalet xejn dwar il-portata tad-dannu li kellu jiġi kkumpensat, iżda minflok limitat ruћha għall-konstatazzjoni, fil-punt 211 tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, li “il-partijiet [kellhom] jiġu mistiedna jilћqu ftehim fid-dawl [ta’ din] is-sentenza, dwar l-ammont tal-kumpens għall-allegat dannu sћiћ”. Dan ifisser li fil-kuntest tan-negozjati l-partijiet kellhom iqisu l-fatt li l-Kummissjoni kienet responsabbli gћall-konsegwenzi dannużi ta' l-imġiba illegali tagћha, kif ġiet ikkonstatata fis-sentenza, u li din kellha tikkumpensa d-dannu fl-intier tiegħu, u dak biss, safejn kellu rabta kawżali ma’ din l-imġiba. Bil-kontra, mill-punt iċċitat tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, ma tistax tirriżulta, kif qiegħda ssostni r-rikorrenti, referenza gћall-kunsiderazzjonijiet li saru mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ l-ammissibbiltà tar-rikors u, b’mod partikolari, gћall-valur kummerċjali tal-liċenzji bћala kriterju sabiex tiġi ddeterminata l-portata tad-dannu.

91      Ir-rikorrenti tibbaża ruћha, b'mod żbaljat, fuq is-sentenza Hameico Stuttgart et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq. Il-Qorti tal-Prim'Istanza, fil-fatt, fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, sempliċement fakkret li r-responsabbiltà tal-Komunità tista’ tinћoloq biss meta r-rikorrenti tkun effettivament batiet dannu “reali u ċert”. Dan huwa prerekwiżit għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità li l-Qorti Komunitarju tista’ tqis bħala sodisfatt, f’każ partikolari, mingћajr ma neċessarjament teżamina minn qabel il-portata ta’ l-allegat dannu fid-dettal, sakemm miċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ ikkonċernat jirriżulta li m'hemm l-ebda dubju dwar l-eżistenza tad-dannu. Issa, fil-punti 207 u 208 tas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat preċiżament, fis-sustanza, l-eżistenza reali tal-konsegwenzi dannużi gћar-rikorrenti minћabba l-ksur, min-naћa tal-Kummissjoni, ta’ l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 404/93, konsegwenzi li l-Qorti tal-Prim'Istanza identifikat fl-allokazzjoni lir-rikorrenti ta’ numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni anqas minn dawk li din kienet tiġi allokata li kieku dan l-artikolu ġie implementat b’mod korrett. Il-fatt li dan id-dannu ma kienx għadu jista' jiġi kkwantifikat bi preċiżjoni fid-data ta' meta tressaq ir-rikors bl-ebda mod ma kien jimpedixxi li jiġi konkluż li d-dannu kien wieћed ċert.

92      Gћaldaqstant il-Qorti tal-Prim'Istanza, minћabba l-falliment fin-negozjati li saru bejn il-partijiet, trid tippronunzja ruħha fuq il-kriterji li għandhom jintużaw gћall-kwantifikazzjoni tad-dannu subit mir-rikorrenti u trid tistabbilixxi l-ammont tal-kumpens.

–       Fuq il-kwistjoni ta' jekk il-Kummissjoni hijiex prekluża milli tikkontesta l-kriterju tal-valur kummerċjali tal-liċenzji

93      Jeħtieġ li tiġi miċħuda wkoll l-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-Kummissjoni, minħabba li ma kkontestatx, fil-kontroreplika tagħha ppreżentata matul il-fażi tal-proċedura preżenti li wasslet gћas-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, il-fondatezza tal-kriterju tal-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni li r-rikorrenti kienet ipproponiet fir-replika tagħha, m’gћadx għandha l-possibbiltà li tagћmel din il-kontestazzjoni f’din il-fażi l-ġdida tal-proċedura.

94      F’dan ir-rigward, ikun biżżejjed jekk jiġi mfakkar li r-rikorrenti, fir-rikors tagħha, ma kinitx indikat il-kriterji li kellhom jiġu applikati sabiex jiġi stabbilit id-dannu allegat. Hija sempliċement indikat li f'dak iż-żmien ma kienx possibbli li jiġi kkwantifikat id-dannu, li kien baqa' jitwettaq, u gћalhekk sempliċement talbet lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tippronunzja ruħha, inizjalment, fuq l-eżistenza tad-dannu, filwaqt li rriżervat l-evalwazzjoni tad-dannu għal ftehim bonarju bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ dan il-ftehim, għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kuntest ta’ azzjoni sussegwenti. Kien biss fir-replika, u fir-risposta għall-eċċezzjoni mqajma mill-Kunsill li r-rikors għal kumpens kien inammissbbli fin-nuqqas, b'mod partikolari ta’ preċiżjonijiet dwar in-natura u l-portata tad-dannu allegat, li r-rikorrenti gћamlet riferiment gћall-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni li ma kinux ġew allokati.

95      Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata, taħt piena ta’ dekadenza, sabiex fil-kontroreplika tagħha tagћmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-fondatezza tal-kriterju tal-kwantifikazzjoni propost mir-rikorrenti, iżda setgћet tagћmel dan b'mod validu wara l-gћoti tas-sentenza interlokultorja tat-8 ta’ Ġunju 2000, fil-kuntest tal-fażi tal-proċedura ddedikata speċifikament gћall-kwantifikazzjoni tad-dannu.

96      Fi kwalunkwe każ il-Qorti tal-Prim'Istanza, li ġiet imsejћa sabiex teżamina l-portata ta’ l-obbligu li jiġi kkumpensat dannu li gћalih hija responsabbli l-Komunità, ma tistax tkun marbuta bil-kriterju ta' kwantifikazzjoni ta' l-ammonti propost mir-rikorrenti gћas-sempliċi raġuni li l-Kummissjoni ma ћadet l-ebda pożizzjoni dwar il-fondatezza ta' dan il-kriterju fi stadju determinat tal-proċedura bil-miktub.

–       Fuq il-kriterji li għandhom jiġu applikati gћall-kwantifikazzjoni tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat

97      Skond ġurisprudenza stabbilita fil-kuntest tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, is-suġġett tal-kumpens tad-dannu huwa l-integrazzjoni mill-ġdid, safejn ikun possibbli, tal-patrimonju tal-vittma (sentenzi Grifoni vs KEEA, iċċitata aktar 'il fuq, punt 40, u tas-27 ta’ Jannar 2000, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, punti 51 u 63).

98      B’mod konformi mal-ġurisprudenza, hija r-rikorrenti li għandha tipprova, min-naћa waћda, l-eżistenza tad-dannu subit u kif ukoll, min-naћa l-oћra, l-elementi li jikkostitwixxuh u l-portata tiegħu (sentenza tas-27 ta’ Jannar 2000, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, punt 82).

99      Issa, l-eżistenza ta' dannu ġiet ikkonstatata, fil-kawża preżenti, fis-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, fejn il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat li dan id-dannu kien jikkonsisti fl-allokazzjoni ta’ numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni anqas minn dak li r-rikorrenti kienet tiġi allokata li kieku ntlaqgħat it-talba tagћha tal-21 ta’ Jannar 1997 (punt 208 ta' l-imsemmija sentenza). Ir-rikorrenti gћalhekk hija meħtieġa tistabbilixxi biss id-diversi elementi kostitwenti kif ukoll il-portata tad-dannu.

100    F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti titlob kumpens gћad-dannu abbażi ta’ l-attribuzzjoni tal-valur ekonomiku tal-liċenzji ta’ importazzjoni li ma ġewx allokati, metodu li, skondha, jippermetti biss li jiġi kkumpensat “dannu minimu ċert” irrappreżentat mit-telf ta’ “dħul ċert” li jammonta għall-prezz tat-trasferiment ta’ dawn il-liċenzji. Hija tippreċiża li metodu bћal dan fir-realtà jissottovaluta d-dannu subit globalment, li skondha jinkludi elementi bћalma huma “it-telf ta’ klijenti u ta’ passaġġi ta’ forniment, sal-waqfien kważi totali ta’ l-attività”. Barra minn hekk, dawn l-elementi jitqajmu gћall-ewwel darba biss fl-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpens, u dawn la huma dettaljati u lanqas ipprovati.

101    Fil-kawża preżenti, il-kumpens tad-dannu gћandu bћala prinċipju jippermetti li r-rikorrenti titqiegħed, mill-aspett ekonomiku, fis-sitwazzjoni li fiha kienet issib ruħha li kieku l-Kummissjoni ma aġġixxietx b'mod illegali, imġiba li kkawżat id-dannu. Dan jimplika, l-ewwel nett, id-determinazzjoni tan-numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni supplementari li kellhom jiġu allokati lir-rikorrenti skond id-deċiżjoni li l-Kummissjoni kien imissha adottat sabiex tilqa’ t-talba tagћha tal-21 ta’ Jannar 1997 u, it-tieni nett, ir-rikostruzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika li fiha r-rikorrenti kienet tkun li kieku ngħatat u użat dawn il-liċenzji.

102    Fir-rigward tan-numru ta’ liċenzji ta’ importazzjoni supplementari, għandhom jiġu kkunsidrati biss, skond dak ġie kkonstatat fil-punt 72 aktar ’il fuq, is-snin 1997 u 1998 bћala dawk li jikkostitwixxu l-perijodu li fir-rigward tiegħu gћandu jiġi kkumpensat id-dannu.

103    Skond il-kalkolu tagħha mwettaq fil-proposta tagћha gћall-kumpens, filwaqt li kkunsidrat s-snin 1989 u 1990 bћala l-perijodu ta' referenza, ir-rikorrenti kellha tingћata, barra dak li effettivament kisbet, liċenzji tal-kategorija B gћal kwantità ta’ 13,855.66 tunnellata fl-1997 u ta’ 11,625.30 tunnellata fl-1998.

104    Fil-proposta tagћha fir-rigward tal-kumpens, il-Kummissjoni, li mhijiex tikkontesta l-metodu u l-informazzjoni li ntużaw mir-rikorrent sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ liċenzji supplementari, ikkonfermat li, li kieku laqgћet it-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’Jannar 1997, din ta’ l-aћћar kienet tingћata, abbażi tal-perijodu ta' referenza 1989 sa 1990, liċenzji supplementari tal-kategorija B gћal 13,855.66 tunnellata fl-1997 u gћal 11,265.30 tunnellata fl-1998.

105    In-nuqqas ta’ koinċidenza, fil-proposti taż-żewġ partijiet, fl-informazzjoni dwar il-liċenzji supplementari li r-rikorrenti kellha tingћata fl-1998 (11,625.30 tunnellata skond ir-rikorrenti u 11,265.30 tunnellata skond il-Kummissjoni), jirriżulta b’mod ċar minn żball fil-kalkolu jew minn żball fil-kitba min-naħa tar-rikorrenti. Fil-fatt, fil-kalkolu tagћha, din ta’ l-aћћar indikat li, gћal dik is-sena, hija kellha tingћata liċenzji gћal 15,610.39 tunnellata u li kienet ingћatat biss liċenzji gћal 4,345.092 tunnellata. Id-differenza bejn dawn il-kwantitajiet tammonta gћal 11,265.298 tunnellata, figura li, jekk tiġi miżjuda sa l-eqreb numru sћiћ, tikkonferma l-informazzjoni indikata mill-Kummissjoni.

106    Gћaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, li kieku l-Kummissjoni laqgћet it-talba tar-rikorrenti tal-21 ta’ Jannar 1997, din ta’ l-aћћar kienet tiġi allokata liċenzji supplementari tal-kategorija B gћal 13,855.66 tunnellata fl-1997 u gћal 11,265.30 tunnellata fl-1998.

107    Fir-rigward tar-rikostruzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika li fiha kienet tkun ir-rikorrenti li kieku ġiet allokata dawn il-liċenzji supplementari, għandu jiġi mfakkar li, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993, it-titolari tal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B kellhom żewġ possibbiltajiet kif jisfruttawhom ekonomikament. Fil-fatt, dawn mhux biss setgћu jużaw il-liċenzji gћall-importazzjoni ta’ banana minn pajjiżi terzi jew ta’ banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP fil-Komunità, iżda, taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1442/93 (ara l-punt 10, aktar ’il fuq) setgħu jittrasferuhom lil opertauri oћra tal-kategoriji A, B jew Ċ.

108    Barra minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tikkonstata din il-possibbiltà l-oћra ta’ sfruttament ekonomiku tal-liċenzji tal-kategorija B fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993 fis-sentenza tagћha Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, iċċitata aktar 'il fuq (punti 84 sa 86), li fiha osservat li “il-prinċipju tat- trasferibbiltà tal-liċenzji […] jimplika fil-prattika li t-titolari ta’ liċenzja, minflok ma jimporta u jbigћ huwa stess il-banana minn pajjiżi terzi, [seta’] jittrasferixxi l-liċenzja ta’ l-importazzjoni tiegћu lil operatur ekonomiku ieћor li [kien] jixtieq jimporta huwa stess” u li “it-trasferiment tal-liċenzji ta’ importazzjoni [kien] jikkostitwixxi fakultà li r-Regolament [Nru 1442/93] [kien] jippermetti lid-diversi kategoriji ta’ operaturi ekonomiċi sabiex joperaw fl-interessi kummerċjali tagћhom”. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li “il-vantaġġ ekonomiku li dan it-tip ta’ bejgћ [seta'] eventwalment ikollu għall-opertauri tal-banana tal-Komunità u ta’dik tradizzjonali ta’ l-AKP [kien] jikkostitwixxi konsegwenza meћtieġa tal-prinċipju tat-trasferibbiltà tal-liċenzji u [kellu] jiġi evalwat fil-kuntest aktar ġenerali tal-miżuri kollha adottati mill-Kunsill sabiex jiġi ggarantit l-bejgħ tal-prodotti Komunitarji u ta’ dawk tradizzjonali ta’ l-AKP”. F’dan il-kuntest, żiedet il-Qorti tal-Ġustizzja, “dan [kellu] jiġi kkunsidrat bћala mezz [intiż] sabiex jikkontribwixxi gћall-kapaċità kompetittiva ta’ l-operaturi ekonomiċi li jinnegozjaw il-banana tal-Komunità u dik ta’ l-AKP kif ukoll sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni tas-swieq ta’ l-Istati Membri”.

109    Barra minn hekk huwa paċifiku li fil-fatt il-liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B kienu s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet fis-suq.

110    F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ġustament tinvoka d-dikjarazzjoni tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fi ћdan il-grupp ta’ ћidma "Banana" tal-kumitat speċjali “Agrikoltura” tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta’ Frar 1998, li l-liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B kienu, f'dak iż-żmien, jiġu nnegozjati fis-suq gћall-prezz ta’ madwar EUR 200 gћal kull tunnellata.

111    L-allegazzjoni tal-Kummissjoni li, fil-prattika, it-trasferiment tal-liċenzji minn operatur gћall-ieћor kien rari, mhijiex rilevanti u, barra minn hekk, hija mgiddba mill-konstatazzjoni li tinsab fil-premessa 4 tar-Regolament Nru 2362/98, fejn il-Kummissjoni stess tirreferi għan-“numru sostanzjali ta’ trażmissjonijiet informali u ta’ trasferimenti bi ћlas tad-dokumenti ta’ importazzjoni mwettqa fl-aћћar perijodu ta’ implementazzjoni ta’ l-iskema inizjali stabbilita bir-Regolament (...) Nru 404/93”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

112    Barra minn hekk, l-argumenti tal-Kummissjoni msemmija fil-punt 83 aktar ’il fuq, ma jimpedixxux li l-valur kummerċjali tal-liċenzji jittieħed bћala kriterju sabiex jiġi evalwat id-dannu subit mir-rikorrenti. Il-Kummissjoni stess, fil-fatt, tirrikonoxxi li l-operaturi tal-kategorija B, bћar-rikorrenti, ma kinux suġġetti, sad-dћul fis-seћћ ta’ l-iskema ta’ l-1999, gћal mekkaniżmu tat-tnaqqis fil-kwantitajiet ta’ referenza wara t-trasferiment tal-liċenzji, liema tnaqqis, skond l-Artikolu 13(3), tar-Regolament Nru 1442/93, kien japplika biss f’każ li “operatur tal-kategorija A jittrasferixxi d-drittijiet tiegћu lil operatur ieћor tal-kategoriji A jew Ċ”. Fir-rigward tal-fatt, imfakkar mill-Kummissjoni, li l-possibbiltà għall-operaturi tal-kategorija B li jiksbu l-liċenzji ta’ importazzjoni tal-banana minn pajjiżi terzi u tal-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP kienet tiddependi mill-kummerċjalizzazzjoni tal-banana tal-Komunità u ta’ dik tradizzjonali ta’ l-AKP effettivament imwettqa minnhom matul il-perijodu ta' referenza, dan il-fatt huwa kompletament irrilevanti f'dan il-kuntest.

113    Fir-rigward tar-referenza, min-naћa tal-Kummissjoni, gћall-metodu ta’ evalwazzjoni tad-dannu użat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li wasslu gћas-sentenzi Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitati aktar 'il fuq, ta’ min ifakkar li, f’dawk il-kawżi, ir-rikorrenti kienu talbu sabiex jiġu kkumpensati gћall-profitti li dawn setgћu gћamlu li kieku, fi tmiem l-impenn tagћhom ta’ non kummerċjalizzazzjoni, huma setgħu jibdew mill-ġdid il-kunsinni ta’ ћalib abbażi tal-kwantità ta’ referenza li kellhom id-dritt gћaliha u li ġew imċaћћda minnha minћabba l-leġiżlazzjoni fis-seћћ, li l-Qorti tal-Ġustizzja iddikjarat bћala invalida. L-istituzzjonijiet konvenuti kienu pproponew, mill-banda l-oħra, li l-kumpens dovut mill-Komunità lir-rikorrenti jiġi kkalkulat abbażi ta’ l-ammont tal-premju għal non kummerċjalizzazzjoni li kellu jitћallas lil kull wieћed minnhom. Dan il-premju, stabbilit fis-settur tal-ћalib bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77, tas-17 ta’ Marzu 1977, li jistabbilixxi skema ta’ premji gћan-non kummerċjalizzazzjoni tal-ћalib u ta’ prodotti tal-ћalib u gћall-konverżjoni tal-merћliet li jipproduċu l-ћalib (ĠU L 131, p. 1), kien jingћata lill-produtturi li jintrabtu li ma jikkummerċjalizzawx il-prodotti tagћhom gћal ћames snin u ġie stabbilit gћal livell li kien jippermetti li jiġi kkunsidrat bћala “kumpens parzjali gћat-telf fid-dħul li kien normalment isir mill-bejgћ tal-prodotti kkonċernati” (it-tielet premessa ta’ dan ir-regolament).

114    Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq (punt 26), ikkunsidrat li, “fir-rigward tal-portata li għandu jiġi kkumpensat mill-Komunità, [kellu] jiġi kkunsidrat, ћlief fejn jeżistu ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw evalwazzjoni differenti, it-telf ta’ qligћ li jirriżulta mid-differenza bejn, minn naħa, id-dħul li r-rikorrenti kienu jaqalgћu, f’sitwazzjoni normali, mill-kunsinni ta’ ћalib li huma kienu jagћmlu li kieku ngћataw, matul il-perijodu [rilevanti], il-kwantitajiet ta’ referenza dovuti lilhom u, min-naħa l-oħra, id-dħul li effettivament kisbu mill-kunsinni tal-ћalib tagћhom imwettqa matul il-perijodu independentement minn kwalunkwe kwantità ta’ referenza, flimkien ma' dak li kisbu jew setgћu kisbu, matul l-istess perijodu, permezz ta’ attivitajiet li setgħu wettqu sabiex jissostitwixxu l-attività prinċipali tagħhom”.

115    Il-Qorti tal-Ġustizzja gћalhekk aċċettat, filwaqt li ppreċiżatu u ddefinietu, il-metodu propost mir-rikorrenti, ibbażat fuq ir-rikostruzzjoni tas-sitwazzjoni ipotetika li fiha dawn kienu jinsabu li kieku wettqu l-kunsinni tal-ћalib li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ referenza li kellhom dritt gћalihom. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rriżervat il-possibbiltà li ċirkustanzi partikolari jiġġustifikaw evalwazzjoni differenti fir-rigward ta' l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi kwantifikat id-dannu, filwaqt li warrbet, madankollu, il-kriterju li jikkonsisti fil-kwantifikazzjoni tan-nuqqas ta’ qligћ tar-rikorrenti abbażi ta’ l-ammont tal-premju għal non kummerċjalizzazzjoni, minħabba li “dan il-premju jikkostitwixxi l-korrispettiv ta’ l-obbligu ta’ non kummerċjalizzazzjoni u ma jippreżenta l-ebda konnessjoni mad-dannu li sofrew ir-rikorrenti” (sentenza tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, punt 34).

116    Issa, għalkemm il-premju għal non kummerċjalizzazzjoni ma kellu l-ebda konnessjoni reali mal-qligħ li r-rikorrenti, fil-kawżi li wasslu gћas-sentenzi Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitati aktar 'il fuq, setgћu gћamlu li kieku ma ġewx illegalment imċaћћda mill-kwantitajiet ta’ referenza tagћhom, mill-konstatazzjonijiet li saru fil-punti 107 sa 111 aktar ’il fuq, jirriżulta li, fil-kawża preżenti, is-sitwazzjoni hija differenti gћall-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni li ma ġewx allokati lir-rikorrenti. Dan il-valur, fil-fatt, ma kienx jirrappreżenta, bћal ma kien il-każ fir-rigward tal-premju għal non kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-ћalib, ammont stabbilit b'rata fissa u b’mod amministrattiv sabiex jagћti lill-operaturi “kumpens parzjali gћat-telf fid-dħul li kien normalment isir mill-bejgћ tal-prodotti”, iżda element kummerċjali, stabbilit mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati skond il-liġijiet tat-talba u ta’ l-offerta u li, gћaldaqstant, intiż sabiex jirrifletti, minn ta' l-anqas b’mod approssimattiv, il-valur ekonomiku tal-liċenzji nnegozjati, li kienu jagћtu possibbiltà ta’ azzjoni ekonomika b’kundizzjonijiet privileġġjati.

117    Huwa minnu li r-rikorrenti setgħet ssib ruћha f’sitwazzjoni ekonomika differenti skond l-gћażla li kien ikollha tagћmel fir-rigward ta' l-isfruttament konkret tal-liċenzji. It-trasferiment tal-liċenzji kien jiġġenera dħul nett partikolari, filwaqt li l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-banana kienu jesponu lir-rikorrenti gћar-riskji inerenti ta’ kull attività kummerċjali, u gћalhekk gћall-possibbiltà ta’ profitti, possibbilment ogћla minn dawk li setgħu jinkisbu permezz tat-trasferiment tal-liċenzji, iżda wkoll għall-possibbiltà ta’ telf operattiv, minћabba, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni tas-suq u l-effiċjenza ekonomika ta’ l-impriża.

118    Madankollu, mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tad-dannu subit mir-rikorrenti mwettqa abbażi ta’ l-ipoteżi ta’ l-użu, min-naћa tagħha, tal-liċenzji ta’ importazzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni u skond il-metodu segwit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li wasslu gћas-sentenzi Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitati aktar 'il fuq. Operazzjoni bћal din, apparti mill-komplessità tagħha u mid-dewmien li tipproduċi fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-patrimonju tar-rikorrenti, twassal ukoll, bћala eżerċizzju ta’ evalwazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi li ћafna minnhom huma ipotetiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta’ Jannar 2000, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, punti 79 u 84), gћal riżultat neċessarjament approssimattiv. Barra minn hekk, evalwazzjoni tad-dħul supplementari li r-rikorrenti setgћet tagħmel li kieku ntlaqgћet it-talba tagћha, evalwazzjoni bћal dik proposta mill-Kummissjoni – ibbażata fuq l-applikazzjoni, gћall-kwantitajiet ta’ banana rrappreżentati fil-liċenzji mhux allokati, tal-marġini ta’ profitt li r-rikorrenti kellha mill-importazzjonijiet ta’ banana li saru effettivament fil-perijodu 1997‑1998 – tidher inadegwata fil-każ preżenti, safejn dawn il-marġini probabbilment ġew affettwati mill-fatt li l-livell ta’ attività tar-rikorrenti fil-kummerċ tal-banana minn pajjiżi terzi u tal-banana mhux tradizzjonali ta’ l-AKP matul dan il-perijodu baqa’ baxx ћafna meta mqabbel ma' dak li r-rikorrenti setgћet irreġistrat bl-użu, gћall-finijiet ta’ importazzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, ta’ liċenzji supplementari li kienu jiġu allokati lilha li kieku ntlaqgħat it-talba tagћha tal-21 ta’ Jannar 1997.

119    Għandu jiġi kkunsidrat li l-metodu ta’ evalwazzjoni tad-dannu bbażat fuq l-ipoteżi tat-trasferiment tal-liċenzji gћandu bażi ekonomika, filwaqt li fl-istess ћin jippreżenta vantaġġi ċari f’termini ta’ sempliċità, ћeffa u affidabbiltà. Dan il-metodu gћalhekk jista’ jiġi approvat, bla preġudizzju gћall-eżami ta’ l-informazzjoni disponibbli dwar il-valur kummerċjali tal-liċenzji li ma ġewx allokati.

–       Fuq l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-valur kummerċjali tal-liċenzji mhux allokati u fuq l-evalwazzjoni tad-dannu

120    Ir-rikorrenti qiegħda titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddetermina d-dannu billi tikkunsidra l-valur ta’ EUR 200 gћal kull tunnellata li jirriżulta, gћal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B, minn dikjarazzjoni tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fi ћdan il-grupp ta’ ћidma “Banana” tal-kumitat speċjali “Agrikoltura” tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta’ Frar 1998.

121    Jirriżulta b’mod aktar preċiż minn din id-dikjarazzjoni, prodotta mir-rikorrenti bћala anness mar-replika tagħha, li din l-informazzjoni tirrappreżenta l-prezz approssimattiv tal-liċenzji ta’ importazzjoni tal-kategorija B fiż-żmien ta’ din l-istess dikjarazzjoni, jiġifieri fil-bidu ta’ Frar 1998.

122    Il-fatt, enfasizzat mill-Kummissjoni, li din l-informazzjoni mhix ġejja minn studju statistiku u kummerċjali uffiċjali ma jfissirx li mhijiex rilevanti. Ta’ min ifakkar li, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 288 KE, il-ammonti tal-kumpens għandhom jiġu stabbiliti skond il-prinċipji ġenerali li huma komuni gћas-sistemi legali ta’ l-Istati Membri fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali u li, fir-rigward tal-problema tal-prova tad-dannu, dawn is-sistemi legali huma ġeneralment ikkaratterizzati mill-libertà, gћall-qorti, li tevalwa l-elementi probatorji kollha li jitressqu quddiemha (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 1982, Interquell Stärke-Chemie vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 261/78, Ġabra p. 3271, punt 11). Issa, il-valur ta’ EUR 200 gћal kull tunnellata ssemma mis-servizzi tal-Kummissjoni stess u din mhix tikkontestah fih innifsu fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha. Gћaldaqstant, dan il-valur għandu jiġi kkunsidrat gћall-valutazzjoni tad-dannu kkonċernat.

123    Madankollu, peress li din l-informazzjoni ma tirrappreżentax valur medju tal-liċenzji tal-kategorija B gћall-perijodu kollu li gћalih id-dannu jrid jiġi kkumpensat, jiġfieri s-snin 1997 u 1998, u fid-dawl ta' l-allegazzjoni tal-Kummissjoni, li ma ġietx ikkontestata mir-rikorrenti, li l-valur kummerċjali tal-liċenzji ta’ importazzjoni huwa affettwat mill-varjazzjonijiet fil-prezz tal-banana, il-Qorti tal-Prim'Istanza, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, stiednet lir-rikorrenti sabiex tforni informazzjoni dokumentata dwar l-evoluzzjoni tal-valur kummerċjali tal-liċenzji tal-kategorija B matul dan il-perijodu.

124    B’osservanza ta’ din l-istedina, ir-rikorrenti forniet, b’mod partikolari, 19-il fattura li jikkonċernaw tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ liċenzji tal-kategorija B li saru bejn intrapriżi terzi fit-territorju tal-Komunità f’dati differenti bejn il-31 ta’ Diċembru 1997 u l-20 ta’ Ottubru 1998. Minn dawn il-fatturi, li ma ġewx ikkontestati mill-Kummissjoni, jirriżulta li l-prezz li bih dawn il-liċenzji ġew trasferiti waqt dawn it-tranżazzjonijiet kien, ћlief gћal eċċezzjoni waћda, ta’ aktar minn EUR 200 gћal kull tunnellata u li, f’bosta każijiet, dan laћaq anke l-livell ta’ EUR 289 gћal kull tunnellata.

125    Fis-seduta l-Kummissjoni enfasizzat li l-prezz mħallas gћat-trasferimenti individwali bћal dawk indikati fil-fatturi fornuti mir-rikorrenti mhuwiex informazzjoni oġġettiva, peress li dan jista’ jvarja skond iċ-ċirkustanzi u, b’mod partikolari, il-bżonnijiet kontinġenti li ċ-ċessjonarji jista’ jkollhom fit-trasferiment tal-liċenzji. Din l-oġġezzjoni għandha titpoġġa fil-kuntest tagħha. Huwa ċar li l-prezz mћallas fi tranżazzjoni individwali ma jistax jiġi kkunsidrat, fih innifsu, bћala rappreżentattiv tal-valur tas-suq tal-beni li ġew negozjati. Madankollu, dan il-valur jirriżulta minn medja tal-prezzijiet mћallsa fit-tranżazzjonijiet individwali u huwa abbażi ta’ osservazzjoni mingħajr dubju aktar wiesgћa dwar is-suq li s-servizzi tal-Kummissjoni setgћu jindikaw, fil-kuntest tax-xogћol imwettaq mill-grupp ta’ ћidma “Banana” tal-kumitat speċjali “Agrikoltura” tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta’ Frar 1998, valur approssimattiv tal-liċenzji tal-kategorija B li jammonta gћal EUR 200 gћal kull tunnellata f’dak l-istess perijodu. Issa, il-prezzijiet mћallsa fid-diversi tranżazzjonijiet li jagћmlu referenza gћalihom il-fatturi fornuti mir-rikorrenti jikkostitwixxu wkoll indizji serji, preċiżi u konkordanti dwar il-fatt li l-valur kummerċjali tal-liċenzji tal-kategorija B ma naqasx fl-1998 meta mqabbel mal-livell ikkonstatat mis-servizzi tal-Kummissjoni fi Frar 1998. Il-Kummissjoni, min-naћa tagћha, ma ressqet l-ebda indizju kuntrarju. Barra minn hekk, il-grafika li tikkonċerna l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgћ bl-ingrossa tal-banana magћrufa bћala “dollaru” fl-Unjoni Ewropea, ippubblikata mis-servizzi tal-Kummissjoni u annessa mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kumpens, turi kif dan il-prezz, li, skond il-Kummissjoni, kien jinfluwenza l-valur kummerċjali tal-liċenzji tal-kategorija B, kien, fiż-żmien li saret id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 120 aktar ’il fuq, prattikament ta’ euro gћal kull kilo u li, fl-1998, dan varja madwar dan il-livell b'tali mod li ma jistax jiġi sostnut li, meta saret din id-dikjarazzjoni, dan kien nettament ogћla mill-medja gћas-sena 1998.

126    F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra li, gћalkemm l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni fornuta mir-rikorrenti, fid-dawl ukoll tal-volatilità fil-prezz tat-trasferiment tal-liċenzji li tirriżulta minn din id-dokumentazzjoni, ma tistax titqies bħala adattata sabiex tippermetti evalwazzjoni preċiża tad-dannu, din l-informazzjoni hija, madankollu, suffiċjentement probatorja u tikkostitwixxi bażi serja sabiex jiġi konkluż li l-valur ta’ EUR 200 gћal kull tunnellata, kif indikat mir-rikorrenti, jirrappreżenta approssimazzjoni raġonevoli u aċċettabbli tal-valur medju tal-liċenzji tal-kategorija B fl-1998.

127    Fir-rigward ta' l-1997, ir-rikorrenti forniet fattura li ġġib id-data tal-31 ta’ Diċembru 1997, li turi prezz ta’ trasferiment ta’ liċenzji tal-kategorija B ekwivalenti gћal EUR 274 gћal kull tunnellata, u indikat li, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni fir-rigward ta' operazzjoni ta’ importazzjoni ta’ banana li effettivament saret f’Awwissu 1997, il-valur tal-liċenzji tal-kategorija B li ġew utilizzati kien jammonta gћal madwar EUR 172 gћal kull tunnellata.

128    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-dannu subit mir-rikorrenti jista’ jiġi stabbilit, abbażi ta’ evalwazzjoni ex aequo et bono, gћall-ammont prinċipali ta’ EUR 5,024,192, jiġifieri EUR 2,771,132 (13,855.66 x 200) gћas-sena 1997 u ta’ EUR 2,253,060 (11,265.30 x 200) gћas-sena 1998.

 Fuq l-iżvalutazzjoni monetarja u fuq l-interessi għad-dewmien

 L-argumenti tal-partijiet

129    Ir-rikorrenti tqis li għandha tiġi kkunsidrata l-iżvalutazzjoni monetarja u li gћalhekk għandhom jiġu evalwati mill-ġdid l-ammonti li għandhom jitħallsu, abbażi ta' kull perijodu differenti kkunsidrat, permezz ta’ koeffiċjenti stabbiliti skond il-livell nazzjonali Taljan mill-Istituto Centrale di Statistica (l-Istitut Ċentrali gћall-Istatistika) gћall-finijiet ta’ statistika ekonomika, peress li r-rikorrenti hija stabbilita fl-Italja.

130    Barra minn hekk, is-somma evalwata mill-ġdid, sena b’sena, għandha tiżdied bl-interessi għad-dewmien li jibdew jgћoddu b’effett mill-jum li fih seħħ il-fatt dannuż. Gћal kull sena, l-interessi għad-dewmien għandhom jibdew jgћoddu mill-1 ta’ Jannar, peress li l-operaturi kienu jkunu jafu minn qabel il-bidu ta’ kull sena n-numru ta’ liċenzji dovuti lilhom u b’hekk kienu jkunu jistgħu jorganizzaw l-użu tagћhom.

131    Ir-rikorrenti tosserva li l-kombinazzjoni ta’ l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja u ta’ l-interessi għad-dewmien hija ġġustifikat peress li dawn iż-żewġ kriterji ta’ kumpens gћandhom funzjonijiet differenti. L-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja gћandha l-gћan li tpoġġi lill-persuna danneġjata fil-kundizzjonijiet li fihom kienet tkun li kieku l-fatt dannuż ma seħħx filwaqt li l-interessi għad-dewmien gћandhom l-gћan li jikkumpensawha gћad-dewmien fil-kisba ta’ dak li hu dovut lilha.

132    Fir-rigward tar-rata li għandha tiġi applikata fuq l-interessi għad-dewmien, ir-rikorrenti ssostni li, gћall-perijodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1999, fin-nuqqas tar-rata ta’ referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew (aktar ’il quddiem il-“BĊE”) gћall-attivitajiet ewlenin ta’ finanzjament mill-ġdid, jeћtieġ li tiġi applikata r-rata ta' interessi legali li hemm fis-seћћ fl-Italja, jiġifieri r-rata ta’ 5% kemm gћall-1997 kif ukoll gћall-1998. Mill-1 ta’ Jannar 1999, madankollu, jeћtieġ li tiġi applikata r-rata ta’ finanzjament mill-ġdid tal-BĊE miżjuda b’7 punti perċentwali, b’mod konformi mal-kriterju previst fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ћlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, p. 35), li gћandha tapplika fil-kawża preżenti peress li din tittratta proprju l-kumpens lil operatur ekonomiku gћad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ likwidità (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta’ l-10 ta’ Ottubru 2001, Corus UK vs Il-Kummissjoni, T‑171/99, Ġabra p. II‑2967, punt 64).

133    F’każ li d-dies a quo u r-rata fuq l-interessi għad-dewmien li din qiegħda tipproponi ma jiġux aċċettati flimkien, ir-rikorrenti tissuġġerixxi, sussidjarjament, żewġ soluzzjonijiet alternattivi: jew l-applikazzjoni tar-rata ta' interessi legali fis-seћћ fl-Italja, gћal kull sena u fuq l-ammonti evalwati mill-ġdid, mill-1997 sad-data li fiha jsir il-ћlas, jew il-kalkolu ta’ l-interessi fuq is-somma kollha evalwata mill-ġdid mid-data tas-sentenza interlokutorja (it-8 ta’ Ġunju 2000), iżda b'applikazzjoni tar-rata tal-BĊE miżjuda b’seba’ punti perċentwali.

134    Il-Kummissjoni taqbel li jeћtieġ tiġi kkunsidrata l-iżvalutazzjoni monetarja u li l-ammonti dovuti għandhom jiġu evalwati mill-ġdid abbażi ta’ l-indiċi uffiċjali disponibbli gћall-Italja, peress li r-rikorrenti kienet qed topera fis-suq Taljan. L-evalwazzjoni mill-ġdid għandha tiġi kkalkulata minn meta seħħ il-fatt dannuż sad-data tas-sentenza interlokutorja li tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità.

135    B’effett mill-istess data, u mhux minn mindu seħħ il-fatt dannuż, għandhom jiġu kkalkulati, fuq is-somma evalwata mill-ġdid u sad-data tal-ћlas, l-interessi għad-dewmien (sentenza Grifoni vs KEEA, iċċitata aktar 'il fuq, punt 43). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li, skond il-ġurisprudenza Komunitarja, l-obbligu li jitћallsu l-interessi għad-dewmien jista’ jinћoloq biss f’każ li l-kreditu prinċipali jkun aċċertat fir-rigward ta' l-ammont jew minn ta' l-anqas ikun jista’ jiġi ddeterminat abbażi ta’ elementi oġġettivi stabbiliti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Settembru 1986, Amman et vs Il-Kunsill, 174/83, Ġabra p. 2647, u sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta’ Frar 1992, Brazzelli et vs Il-Kummissjoni, T‑17/89, T‑21/89 u T‑25/89, Ġabra p. II‑293, punt 24).

136    Il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward ta' l-interessi għad-dewmien, jeћtieġ li tiġi applikata r-rata ta' interessi legali li kien hemm fis-seћћ fl-Italja gћall-perijodu kollu kkunsidrat. Fil-fatt, id-Direttiva 2000/35, skond il-premessa 13 tagћha, ma tapplikax gћall-ћlasijiet dovuti bћala kumpens għal danni.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

137    Fir-rigward ta' l-iżvalutazzjoni monetarja, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti u l-Kummissjoni jaqblu li din għandha tiġi kkunsidrata u li l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja għandha tiġi kkalkulata billi jiġu applikati l-indiċi statistiċi uffiċjali gћall-Italja.

138    Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-gћan tal-kumpens gћad-dannu fil-kuntest tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali huwa, safejn ikun possibbli, l-integrazzjoni mill-ġdid tal-patrimonju tal-persuna danneġjata. Gћalhekk, meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, il-konsegwenzi mhux favorevoli li jirriżultaw miż-żmien li jkun gћadda bejn meta seћћ il-fatt dannuż u d-data tal-ћlas tal-kumpens ma jistgћux jiġu injorati, peress li trid tiġi kkunsidrata l-iżvalutazzjoni monetarja (ara s-sentenza Grifoni vs KEEA, iċċitata aktar 'il fuq, punt 40, u tas-27 ta’ Jannar 2000, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, punt 51).

139    L-iżvalutazzjoni monetarja għandha gћalhekk tiġi kkunsidrata fil-kawża preżenti, sabiex jiġi kkalkulat il-kumpens, skond l-indiċi uffiċjali gћall-Italja elaborati mill-organizzazzjoni nazzjonali kompetenti u mill-jum li fih seħħ id-dannu.

140    Fir-rigward tad-dies a quo ta’ l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja, jeћtieġ li jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti, li kieku l-Kummissjoni laqgћet it-talba tagћha tal-21 ta’ Jannar 1997, kienet tingћata l-liċenzji ta' importazzjoni tagћha f’dati separati. Fil-fatt, tajjeb li jiġi mfakkar li, fil-kuntest ta’ l-iskema ta’ l-1993, l-gћoti tal-liċenzji ta’ importazzjoni kien isir kull tliet xhur. Għalhekk, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1442/93, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/96, ta’ l-14 ta’ Mejju 1996, (ĠU L 118, p. 14), il-liċenzji ta' importazzjoni kienu jingћataw sa u mhux aktar tard mit-23 jum ta’ l-aћћar xahar ta’ kull perijodu ta’ tliet xhur gћat-tliet xhur ta’ wara.

141    Gћalhekk għandha ssir referenza gћal dawn id-dati, gћal kull lott ta’ liċenzji li ma ġewx allokati, bћala d-dati li fihom seħħ id-dannu u li minnhom għandha tiġi kkalkulata l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valur monetarju, ikkalkulat abbażi ta’ EUR 200 gћal kull tunnellata, ta' kull lott ta’ liċenzji.

142    Fir-rigward tad-data li fiha gћandu jintemm il-kalkolu ta’ l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja, din għandha tiġi stabbilita flimkien mad-data li minnha għandhom jiġu kkalkulati l-interessi għad-dewmien.

143    Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ammont tal-kumpens dovut gћandu jiġi miżjud bl-interessi għad-dewmien b’effett mid-data li fiha tingћata s-sentenza li tikkonstata l-obbligu li jiġi kkumpensat id-dannu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-4 ta’ Ottubru 1979, Dumortier et vs Il-Kunsill, 64/76 u 113/76, 167/78 u 239/78, 27/79, 28/79 u 45/79, Ġabra p. 3091, punt 25, u tad-19 ta’ Mejju 1992, Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata aktar 'il fuq, punt 35). Fil-kawża preżenti, l-obbligu tal-Kummissjoni li tikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrenti ġie kkonstatat fis-sentenza interlokutorja tat-8 ta’ Ġunju 2000.

144    Madankollu, jibqa’ l-fatt li, safejn is-somma prinċipali dovuta, fid-data li fiha ngћatat din is-sentenza, la kienet ċerta fir-rigward ta' l-ammont tagħha u lanqas ma setgħet tiġi ddeterminata abbażi ta’ elementi oġġettivi stabbiliti (ara, f’dan ir-rigward, il-punti 87 sa 92 aktar ’il fuq), l-interessi għad-dewmien ma jistgћux jibdew jgћoddu minn dik id-data, iżda biss, f’każ ta’ dewmien u sakemm isir il-ћlas kollu, mid-data li fiha tingћata din is-sentenza dwar il-likwidazzjoni tad-dannu (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 135 aktar ’il fuq,, kif ukoll il-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Tesauro fil-kawża Grifoni vs KEEA, iċċitata aktar 'il fuq, Ġabra p. I‑343, punt 24).

145    Minn dan isegwi li l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja ta’ l-ammonti dovuti lir-rikorrenti bħala kumpens m’gћandhiex tintemm fid-data li fiha ngћatat is-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, iżda għandha tiġi estiża sad-data li fiha tingћata din is-sentenza.

146    L-ammont tal-kumpens, kif ġie evalwat mill-ġdid sabiex tiġi kkunsidrata l-iżvalutazzjoni monetarja, gћandu jiżdied bl-interessi għad-dewmien b’effett minn meta tingћata din is-sentenza u sakemm isir il-ћlas kollu. Ir-rata ta' l-interessi li għandha tiġi applikata gћandha tiġi kkalkulata abbażi tar-rata stabbilita mill-BĊE gћall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, li kienet tapplika matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

 Fuq l-ispejjeż

147    Skond l-Artikolu 87(2), tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża gћandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Skond l-Artikolu 87(3) ta’ l-istess Regoli, jekk il-partijiet ikunu tilfu rispettivament fuq waћda jew diversi mit-talbiet tagħhom, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagћha. Fl-aћћar nett, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 87(4) ta’ l-istess Regoli, l-Istati Membri li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagћhom.

148    Għandu jiġi mfakkar li l-ispejjeż ikkawżati minn din il-kawża ġew irregolati fis-sentenza interlokutorja tat-8 ta’ Ġunju 2000 (ara l-punt 23 aktar ’il fuq).

149    Il-kawża preżenti mhijiex kawża ġdida, iżda kontinwazzjoni tal-kawża T‑260/97, li fiha kienet ingћatat is-sentenza tat-8 ta’ Ġunju 2000, fejn il-Kummissjoni u l-Kunsill kienu ordnati jbatu, rispettivament, 90 u 10% ta’ l-ispejjeż ta' din il-kawża (ara l-punti 7 u 8 tad-dispożittiv). Din id-diviżjoni għandha tiġi kkonfermata fir-rigward tal-fażi tal-proċedura preżenti bћala tkomplija ta' l-imsemmija sentenza u għalhekk il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiġu ordnati jbatu, rispettivament, 90 u 10% ta’ l-ispejjeż li rriżultaw minn din il-fażi.

150    Ir-Repubblika ta’ Franza, bћala parti intervenjenti, gћandha tbati l-ispejjeż tagћha.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Ir-Raba’ Awla)

taqta’ u tiddeċiedi li:

1)      Il-Kummissjoni hija ordnata tћallas kumpens ta' EUR 5,024,192 lir-rikorrenti.

2)      Dan il-kumpens gћandu jiġi evalwat mill-ġdid skond il-kriterji stabbiliti fil-punti 139 sa 141 u 145 ta’ din is-sentenza.

3)      Il-kumpens, kif evalwat mill-ġdid, gћandu jiżdied bl-interessi għad-dewmien b’effett mid-data li fiha tingћata din is-sentenza sal-ћlas integrali. Ir-rata ta' l-interessi applikabbli għandha tiġi kkalkulata abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew gћall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, li kienet applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

4)      Il-Kummissjoni hija kkundannata tћallas 90% ta’ l-ispejjeż li jikkonċernaw il-fażi tal-proċedura preżenti li ssegwi s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T‑79/96, T‑260/97 u T‑117/98, Ġabra p. II‑2193).

5)      Il-Kunsill huwa kkundannat iћallas 10% ta’ l-ispejjeż li jikkonċernaw il-fażi tal-proċedura preżenti li sssegwi s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T‑79/96, T‑260/97 u T‑117/98, Ġabra p. II‑2193).

6)      Ir-Repubblika ta’ Franza gћandha tbati l-ispejjeż tagћha.

Legal

Mengozzi

Wiszniewska-Białecka

Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Lulju 2005.

H. Jung

 

       H. Legal

Reġistratur

 

       President


* Lingwa tal-kawża: it-Taljan.