Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' April 2008 - Paroc vs UASI - (INSULATE FOR LIFE)

(Kawża T-157/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paroc Oy/AB (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Palm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-21 ta' Frar 2008 fil-każ R 0054/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "INSULATE FOR LIFE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 17, 19 u 37 - applikazzjoni Nru 593 2827

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħad l-applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark kisbet il-grad minimu ta' karattru distintiv rikjest għar-reġistrazzjoni tagħha.

____________