Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Marzu 2009 - R vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/08 P)1

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali fuq perijodu ta' prova - Rapport dwar il-perijodu ta' prova - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Terminu tar-rikors - Tardività")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanta: R (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: Y. Minatchy, avocat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tad-19 ta' Frar 2008, R vs Il-Kummissjoni (F-49/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta' din id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

R għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008.