Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2010 - Il-Kummissjoni vs Putterie-De-Beukelaer

(Kawża T-160/08 P) 1

"Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Annullament fl-ewwel istanza tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2005 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Taqsima 'Potenzjali' - Proċedura ta' evalwazzjoni - Proċedura ta' ċertifikazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Hermann, aġenti)

Appellata: Françoise Putterie-De-Beukelaer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2008, Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (F-31/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2008, Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (F-31/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

L-ispejjeż huma riżervati.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.2008.