Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2012 minn Roberto Di Tullio kontra s-sentenza mogħtija fid-29 ta' Novembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 119/10, Di Tullio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/12 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Roberto Di Tullio (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Woog u T. Bontinck, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-appell tiegħu ammissibbli u fondat u, konsegwentement,

tannulla s-sentenza mogħtija fid-29 ta' Novembru 2011 mill-Tielet Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil-kawża F-119/10 li permezz tagħha huwa jiċħad bħala infondat ir-rikors tal-appellant intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni rrifjutat li tikkonċedilu leave għal servizz militari;

tilqa' t-talbiet tal-appellant li huwa ppreżenta quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea ;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravvju huwa bbażat fuq żball ta' liġi u fuq motivazzjoni żbaljata u insuffiċjenti meta sar l-eżami mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-motiv imqajjem fl-ewwel istanza, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta' liġi u ksur manifest tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi, taċ-ċertezza legali u tal-ugwaljanza kif ukoll tal-prinċipju ta' raġonevolezza, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma kienx f'dan il-każ illimita ratione temporis il-portata tas-sentenza interpretattiva tiegħu.

____________