Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Athens Resort Casino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/12)1

(“Għajnuna mill-Istat – Annullament tal-att ikkontestat –Tmiem tas-suġġett tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, A. Komninos, K. Struckmann, avukati u M. Powell, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. van Vliet u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (ĠU L 285, p. 25).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk ta’ Athens Resort Casino AE Symmetochon.

Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 80, 17.3.2012.