Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Settembru 2008 - Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja); Pappalardo (Cetara, l-Italja); Pescatori La Tonnara (Cetara, l-Italja); Fedemar (Cetara, l-Italja); I Ciclopi di Tudisco Matteo (Catania, l-Italja); Testa (Catania, l-Italja); Pescatori San Pietro Apostolo, Camplone (Pescara, l-Italja); u Pesca (Pescara, l-Italja) (rappreżentanti: P. Cavatola, avukat, V. Cannizzaro, avukat, G. Micucci, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawżi T-305/08, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni, u T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.

____________