Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Frar 2012 - Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/08) 

("Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Iffissar tat-TAC għall-2008 - Att ta' portata ġenerali - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja) u t-tmien rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-Anness tad-Digriet (rappreżentanti: P. Cavasola, V. Cannizzaro, G. Micucci, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) u t-tmien rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008.