Language of document : ECLI:EU:T:2009:292





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Awwissu 2009 – Abouchar vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑367/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – FEŻ – Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-kontroll ta’ krediti għal proġett ta’ operat ta’ agrikoltura fis-Senegal – Preskrizzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 23-25)

2.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Interruzzjoni (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l‑punti 40, 41)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb il-kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba allegati żbalji mill-Kummissjoni u mill-aġenti tagħha marbuta mal-kundizzjonijiet għall-għoti u għall-kontroll tal-krediti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-proġett ta’ operat ta’ agrikoltura tiegħu fis-Senegal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Michel Abouchar huwa kkundannat għall-ispejjeż.