Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2010 – 2nine vs UASI – Pacific Sunwear of California (nollie)
(Kawża T-364/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nollie – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti NOLI – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 43)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas‑16 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1591/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn 2nine Ltd u Pacific Sunwear of California, Inc. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Pacific Sunwear of California, Inc. |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark figurattiva nollie għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 11, 14, 18, 20, 25 u 26 – Applikazzjoni Nru 4601621 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni: | 2nine Ltd |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade mark verbali internazzjonali NOLI Nru 839740 għal prodotti fil‑klassijiet 3, 18, 24 u 25; reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Brittanika NOLI Nru 2361525 għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni miċħuda fl-intier tagħha |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment |
Dispożittiv
2) | | 2nine Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |