Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2012 - Investrónica vs UASI - Olympus Imaging (MICRO)

(Kawża T-149/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Investrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Olympus Imaging Corp. (Tokyo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 347/2011-4, li tiddikkjara li skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, l-appell tar-rikorrenti quddiem l-UASI kellu jiġi miċħud u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad kompletament it-trade mark Komunitarja Nru 7 014 392 "MICRO" (mħallta) kellha tiġi kkonfermata;

tikkundanna għall-ispejjeż il-parti jew partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Olympus Imaging Corporation

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "MICRO" bl-abjad u l-iswed għal prodotti fil-klassi 9 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 014 392)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Spanjola figurattiva "micro" bil-blu ċar u blu skur għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (Trade mark Nru 2736947)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u deċiżjoni ta' ċaħda tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali inkwistjoni

____________