Language of document : ECLI:EU:T:2014:11





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – Investrónica vs UASI – Olympus Imaging (MICRO)

(Kawża T‑149/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MICRO – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti micro – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Setgħa ta’ bdil”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17-19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi MIKRO u micro (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 27, 54, 55, 60, 62)

3.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tibdel d-deċiżjoni kkontestata – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Investrónica, SA u Olympus Imaging Corp.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011‑4) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni hija milqugħa fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Apparat u strumenti fotografiċi, kameras diġitali, lentijiet interkambjabbli u l-parts u l-aċċessorji tagħhom inklużi fil-klassi 9”.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica, SA.

4)

Olympus Imaging Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica.