Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 – Investrónica vs UASI – Olympus Imaging (MICRO)

(Kawża T-149/12)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MICRO – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti micro – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Setgħa ta’ bdil”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Investrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J.L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Olympus Imaging Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: C. Opatz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Investrónica, SA u Olympus Imaging Corp.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011-4) hija annullata.

2)    L-oppożizzjoni hija milqugħa fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Apparat u strumenti fotografiċi, kameras numeriċi, lentijiet interkambjabbli u l-parts u l-aċċessorji tagħhom inklużi fil-klassi 9”.

3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica, SA.

4)    Olympus Imaging Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica.

____________

1     ĠU C 194, 30.6.2012