Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2012 - Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)

(Kawża T-33/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Elke Piotrowski (Viernheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 734/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "MEDIGYM" għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija bbażata fuq raġunijiet li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità tesprimi l-pożizzjoni tagħha, kif ukoll ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata kienet imċaħħda minn protezzjoni taħt l-Artikolu 154(3) u l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 207/2009 minkejja li t-trade mark ma hijiex ineliġibbli għal reġistrazzjoni la taħt l-Artikolu 7(1)(b) u lanqas taħt l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________