Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2012 - Herbacin cosmetic vs UASI - Laboratoire Garnier (HERBA SHINE)

(Kawża T-34/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herbacin cosmetic GmbH (Wutha-Farnroda, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 2255/2010-1, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Laboratoire Garnier et Cie.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: "HERBA SHINE" għal prodotti fil-klassi 3.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "HERBACIN", protetta minn trade mark nazzjonali, trade mark Komunitarja u reġistrazzjoni internazzjonali, għal prodotti fil-klassi 3.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

Motivi invokati: ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba l-fatt li, fil-mument tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza fuq l-oppożizzjoni, ma kien għad hemm ebda talba, li tipproduċi effett, sabiex jiġu prodotti provi tal-użu min-naħa tal-applikant;,ksur tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba l-fatt li l-Bord tal-Appell, b'mod legalment żbaljat, ma ħax inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ fuq l-esportazzjoni sinjifikattiv imwettaq permezz tat-trade mark "HERBACIN", invokata insostenn tal-oppożizzjoni; kif ukoll ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, mill-fatt li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod inkorrett il-provi ta' użu ppreżentati f'dak li jikkonċerna x-xerrejja fit-territorju tal-Komunità.

____________