Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2012 - MuslahadinVardar vs UASI

(Kawża T-32/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Muslahadin Vardar (Löhne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Höfener u M. Boden, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joker, Inc. (Allen, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fis-17 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 475/2011-4, u tirriformha b'tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-rikorrenti tintlaqa';

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Muslahadin Vardar

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "pingulina", fl-oranġjo, fil-vjola, fil-blu, fl-aħdar, fl-isfar u fl-iswed, għal prodotti fil-klassijiet 20, 24 u 25 - applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8402992

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat:l-oppożizzjoni kienet ibbażata b'mod partikolari fuq ir-reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 537386A tat-trade mark figurattiva "PINGU" fl-iswed u fl-abjad, għal prodotti b'mod partikolari fil-klassijiet 20, 24 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonkluda, b'mod żbaljat, li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade li għalih saret l-applikazzjoni u t-trade marks preċedenti.

____________