Language of document : ECLI:EU:T:2013:71





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Frar 2013 — Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)

(Kawża T‑33/12)

“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali MEDIGYM — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 11)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 16-19)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 29-31, 34, 43, 45)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett — Trade mark li tikkostitwixxi kelma jew neoloġiżmu li jirriżulta minn għaqda ta’ elementi — (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 32, 33)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali MEDIGYM (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 36, 49, 52, 53, 56, 57)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2011 (Każ R 734/2011-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea bis-sinjal verbali MEDIGYM.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Elke Piotrowski hija kkundannata għall-ispejjeż.