Language of document : ECLI:EU:T:2013:618





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Herbacin cosmetic vs UASI – Laboratoire Garnier (HERBA SHINE)

(Kawża T‑34/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HERBA SHINE — Trade marks nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti Herbacin — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant — Effett — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li topponi — Assenza ta’ kontestazzjoni tal-elementi mressqa insostenn tal-oppożizzjoni — Nuqqas ta’ rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punt 26)

2.                     Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 41)

3.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE — Użu mill-Bord tal-Appell ta’ motivazzjoni impliċita — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 42, 51)

4.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-awli tal-appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali ta’ provi marbuta ma’ fatti li ma ġewx ippreżentati qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 65) (ara l-punt 56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2255/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Herbacin cosmetic GmbH u l-Laboratoire Garnier et Cie.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2255/2010-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.