Language of document : ECLI:EU:T:2015:159





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2015 –

IDT Biologika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑30/12)

“Kuntratti pubbliċi għal provvisti – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista fis-Serbja ta’ vaċċin kontra l-idrofobija – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Attribuzzjoni tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ selezzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punti 20, 21)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja fil-5 ta’ Ottubru 2011 (ĠU 2011/S 222-359832) li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/130686/C/SUP/RS, li għandu bħala l-għan tiegħu il-provvista ta’ vaċċin kontra l-idrofobija għall-kampanja ta’ tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju taħt id-direzzjoni tal-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.