Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/04)1

("Sigurtà soċjali - Talba għall-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi - Ċaħda impliċita tat- talba")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Distante, imbagħad G. Cipressa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Curral, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tal-25 ta' Novembru 2002, ippreżentata sabiex jikseb ir-rimborż ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fit-tieni lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda ta' l-ilment tar-rikorrent kontra ċ-ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002, fit-tielet lok, talba sabiex jiġi kkonstatat id-dritt tar-rikorrent, skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-rimborż ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi li saru biex jikkura l-patoloġiji li jsofri minnhom u, fir-raba' lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas 100 % ta' dawn l-ispejjeż mediċi.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002 hija annullata.

Ir-rikors, fuq il-bqija, huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 71, 20.3.2004