Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - González y Díez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/04)1

"Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Għajnuniet maħsuba sabiex ikopru spejjeż eċċezzjonali ta' ristrutturazzjoni - Revoka ta' deċiżjoni preċedenti - Skadenza tat-Trattat KEFA - Kompetenza tal-Kummissjoni - Kontinwità ta' l-ordinament ġuridiku Komunitarju - Nuqqas ta' ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali - Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Żball manifest ta' evalwazzjoni"

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: González y Díez (Villabona-Llanera, Spanja) (rappreżentanti: J. Díez-Hochleitner u A. Martínez Sanchez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewopej (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, imbagħad C. Urraca Caviedes, aġenti, dan ta' l-aħħar assistit minn J. Buendía Sierra, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament ta' l-Artikoli 1, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/340/KE tal-5 ta' Novembru 2003, dwar l-għajnuniet mogħtija lill-impriża González y Díez, SA sabiex jiġu koperti spejjeż eċċezzjonali (għajnuniet mogħtija għall-2001 u użu abbużiv ta' l-għajnuniet mogħtija għall-1998 u l-2000) u li temenda d-Deċiżjoni 2002/827/KEFA

Dispożittiv tas-sentenza

L-Artikolu 3(b), safejn jikkonċerna l-ammont ta' EUR 54 057,63 (ESP 8 994 433), u l-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/340/KE tal-5 ta' Novembru 2003, dwar l-għajnuniet mogħtija lill-impriża González y Díez, SA sabiex jiġu koperti spejjeż eċċezzjonali (għajnuniet mogħtija għall-2001 u użu abbużiv ta' l-għajnuniet mogħtija għall-1998 u l-2000) u li temenda d-Deċiżjoni 2002/827/KEFA, huma annullati.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti tbati erba' kwinti ta' l-ispejjeż tagħha u erba' kwinti ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, din ta' l-aħħar tbati kwint ta' l-ispejjeż tagħha u kwint ta' l-ispejjeż tar-rikorrenti.

____________

1 - ĠU C 71, 20.3.2004