Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2012 - IDT Biologika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/10) 

("Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista fis-Serbja ta' vaċċini anti-rabies - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: IDT Biologika GmbH (Dessau-Roßlau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gross, T. Kroupa, T. Drosdziok u F. Ahr, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja, tal-10 ta' Awwissu 2010 (ĠU 2010/S 192-292332), li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/129809/C/SUP/RS, dwar il-provvista fis-Serbja ta' vaċċini anti-rabies għal kampanji ta' tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju mmexxi mill-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.