Language of document : ECLI:EU:T:2011:179





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 – Socitrel vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-413/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Garanzija bankarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dannu finanzjarju – Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10, 11)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14-16, 18)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni tan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 21, 22, 25-27, 29)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni tan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multi - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Dannu gravi u irreparabbli - Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 36. 37)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni tan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Riskju li l-kumpannija rikorrenti titqiegħed fil-periklu - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 44-46)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 53)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar użat għall-prestressing), kif ukoll talba għall-eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja biex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.