Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Frar 2012 - Electrolux u Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-115/09 u T-116/09) 

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni lill-manifattur ta' elettrodomestiċi kbar innotifikata mir-Repubblika Franċiża - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjonijiet - Żbalji manifesti ta' evalwazzjoni - Linji Gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta' impriżi f'diffikultà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Electrolux AB (Stokkolma, l-Isveżja) (rappreżentanti : F. Wijckmans u H. Burez, avukati) (Kawża T-115/09); u Whirlpool Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment F. Tuytschaever u B. Bellen, sussegwentement H. Burez u F. Wijckmans, avukati) (Kawża T-116/09)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn et C. Giolito, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża, (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A. L. Vendrolini, sussegwentement G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); Fagor France SA (Rueil Malmaison, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller Rappard, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/485/KE, tal-21 ta' Ottubru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru K 44/07 (ex N 460/07) li Franza qed tippjana li timplimenta favur l-impriża FagorBrandt (ĠU 2009, L 160, p. 11).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjon 2009/485/KE, tal-21 ta' Ottubru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru K 44/07 (ex N 460/07) li Franza qed tippjana li timplimenta favur l-impriża FagorBrandt, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' Electrolux AB u Whirlpool Europe BV.

3)    Ir-Repubblika Franċiża u Fagor France SA għandhom ibatu l-ispejjeż    tagħhom.

____________

1 - ĠU C 113, 16.05.2009.