Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 taʼ Mejju 2013 - Rocket Dog Brands vs UASI Julius-K9 (JULIUS K9)

(Kawża T-231/12) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JULIUS K9 - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti K9 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rocket Dog Brands LLC (Hayward, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Julius-K9 bt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Marzu 2012 (Każ R 1124/2011-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Rocket Dog Brands LLC u Julius-K9 bt.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Rocket Dog Brands LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 227, 28.07.2012.