Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – STD Tekstil (MOTORTOWN)

(Kawża T-785/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: STD Tekstil Limited Sirketi (Istanbul, it-Turkija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “MOTORTOWN” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 351 931

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1960/2013-2TalbietIr-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn, inkwantu din tiċħad l-appell tar-rikorrenti, din tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni B 1 951 774 u ċaħdet parti mit-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 10 351 931 “MOTORTOWN”; utikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.