Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-784/14) 1

(“Rikors għal annullament – Riżorsi proprji tal-Unjoni – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf ta’ riżorsi proprjoi – Ittra tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, I. Haţieganu, u A. Buzoianu, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u A. Stefanuc, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03/MV D(2014) 3079038, tad-19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar jordna lir-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross ta’ EUR 14 883.79 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il ġurnata tat-tieni xahar li jippreċedi l-inviju tal-imsemmija ittra.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Rumanija, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1 ĠU C 65, 23.2.2015