Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2016 – DF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/14 P) 1

(“Appell – Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Kollokament fl-interess tas-servizz – Allowance tal-espatrijazzjoni – Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DF (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. von Zwehl, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-1 ta’ Ottubru 2014, DF vs Il-Kummissjoni (F-91/13, ĠabraSP, EU:F:2014:228), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

DF għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 89, 16.3.2015.