Language of document : ECLI:EU:T:2015:659





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2015 –
Ir‑Rumanija vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑784/14)

“Rikors għal annullament – Riżorsi proprji tal-Unjoni – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf ta’ riżorsi proprji – Ittra tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Kummissjoni li tistieden b’mod informali lil Stat Membru sabiex iqiegħed riżorsi proprji tradizzjonali għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni – Esklużjoni – Ittri li ma tipproduċix effetti legali vinkolanti – Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000; Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436) (ara l-punti 20-22, 31-44, 54, 57)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Responsabbiltà tal-Istati Membri – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikoli 2(1), 9(1), u 17(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436, Artikoli 2(1)(a), u 8(1)) (ara l-punti 24-30)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03/MV D(2014) 3079038, tad‑19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar jordna lir-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross ta’ EUR 14 883.79 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il ġurnata tat-tieni xahar li jippreċedi l-inviju tal-imsemmija ittra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3)

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Rumanija, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.