Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – El Corte Inglés vs UASI – STD Tekstil (MOTORTOWN)

(Kawża T-785/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTORTOWN – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti M MOTOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: STD Tekstil Limited Sirketi (Istanbul, it-Turkija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1960/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn STD Tekstil Limited Sirketi u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 34, 2.2.2015.