Language of document : ECLI:EU:T:2016:160





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016 –

El Corte Inglés vs UASI – STD Tekstil (MOTORTOWN)

(Kawża T‑785/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTORTOWN – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti M MOTOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 21, 70)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi MOTORTOWN u M MOTOR [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 22, 23, 29, 74)

3.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tmur lil hinn mill-għan tal-oppożizzjoni – Illegalità [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 42(5) u 76(1)] (ara l-punti 30, 31)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 39, 48)

5.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 57-59, 76)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1960/2013‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn STD Tekstil Limited Sirketi u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.