Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 – Bimbo vs UASI (FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES)

(Kawża T-600/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell mogħtija fil-11 ta’ Settembru 2013 u, b’konsegwenza ta’ dan, tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 11 094 381 fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 30 li għalihom seret applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES” għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 094 381Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.