Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2013 – Tilly-Sabc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-397/13 R)

(“Miżuri provviżorji – Agrikoltura – Rifużjonijiet tal-esportazzjoni – Laħam tat-tjur – Regolament li jistabbilixxi r-rifużjonijiet b’rata żero – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tilly-Sabc (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u F. Le Roquais, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.