Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2009 - Eliza vs UASI- Went Computing Consultancy Group (eliza)

(Kawża T-130/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eliza Corporation (Beverly, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Köbbing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Went Computing Consultancy Group BV (Utrecht, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' Frar 2009 fil-Każ R 1244/2008-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "eliza" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9,37 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "ELISE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill1 (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trademarks inkwistjoni, f'moħħ il-pubbliku relevanti.

____________

1 - Sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)